Ħarsa ġenerali​

Mill-1 ta’ Ġunju 2004 il-klijenti jistgħu jagħmlu użu minn skemi varji tal-Frequent Traveller meta jivvjaġġaw bejn Malta u Għawdex. L-iskema Frequent Traveller tapplika għal persuna individwali bħala sewwieq flimkien ma’ kwalunkwe vettura li ma taqbiżx it-tul ta’ 5 metri, jew ma’ vettura partikolari (li ma taqbiżx it-tul ta’ 5 metri) u tkun applikabbli għas-sewwieqa kollha ta’ dik il-vettura partikolari. L-aħħar skema msemmija hija addattata għan-negozji zgħar li jibagħtu rappreżentanti tagħhom Għawdex. Ir-ritratt tas-sewwieq jew in-numru ta’ reġistrazzjoni u l-għamla tal-vettura ikunu murijja fuq il-card stess skont kif tapplika l-iskema. L-iskema tapplika wkoll għal dawk il-passiġġieri li jaqsmu mingħajr vettura (foot passengers), fejn f’dan il-każ ir-ritratt tal-persuna ikun muri fuq l-istess card. Attwalment il-proċess biex tapplika huwa wieħed manwali, iżda eventwalment dan se jkun disponibbli wkoll b’mod elettroniku (onlajn).

​X’ser​ tingħata

Frequent Travel Card.
Foot Passenger Service
Skema Vjaggi Kemm tiswa (Ewro) Kemm jiswa kull trip (Ewro) Ghal kemm zmien hija valida
1 52 107.15 2.06 1 yr. (sena)
2 40 102.49 2.56 1 yr. (sena)
3 30 93.17 3.10 1 yr. (sena)
4 20 69.88 3.49 6 xhur
5 15 55.9 3.72 6 xhur
6 12 46.59 3.88 3 xhur
7 8 32.61 4.07 3 xhur
8 5 20.96 4.19 6 gimghat
Standard Vechicle + Driver Service
Skema Vjaggi Kemm tiswa (Ewro) Kemm jiswa kull trip (Ewro) Ghal kemm zmien hija valida
9 52 423.95 8.15 1 yr. (sena)
10 40 370.37 9.27 1 yr. (sena)
11 30 314.47 10.48 1 yr. (sena)
12 20 256.23 12.81 6 xhur
13 15 195.67 13.04 6 xhur
14 12 167.71 13.97 3 xhur
15 8 116.47 14.55 3 xhur
16 5 75.70 15.14 6 gimghat

Eliġibbiltà​​

Il-pubbliku ġenerali.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Dokumenti meħtieġa:
- 1 ritratt daqs tal-passaport;
- Ittra mingħand min iħaddem;
- Kopja tal-logbooks.
applika