Ħarsa ġenerali​

Din il-formola tintuża minn individwi jew kumpaniji/entitajiet kummerċjali interessati li jwettqu operazzjonijiet ta' bunkering fi ħdan il-portijiet, l-ilmijiet interni u territorjali ta' Malta. Din il-formola hija applikabbli għal operaturi ġodda u eżistenti interessati li jġeddu l-permess tagħhom. Operazzjonijiet ta' bunkering jistgħu jitwettqu permezz ta' terminals tal-bunkering, braken tal-bunker u/jew tankers tat-triq.

X’se tingħata

Permess ta' operatur tal-bunker.

Eliġibbiltà​​

Sabiex tikseb Permess ta' Operatur tal-Bunker l-individwu għandu jkun:

1) Għandu minn tal-inqas 18-il sena
2) Għandu jkun ċittadin Malti jew Ċittadin Malti ta' stat membru tal-UE u detentur ta' indirizz permanenti f'Malta
3) Ta' kondotta tajba

Fil-każ ta' kumpaniji Maltin u tal-UE, dawn għandhom ikunu rreġistrati.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla l-formola u ibgħatha lil:

Id-Direttorat għall-Portijiet u l-Yachting
Triq Pantar
Lija LJA 2021

L-applikazzjoni għandu jkollha magħha kopja ċertifikata tal-memorandum tal-artikli tal-organizzazzjoni li f’isimha qed jitwettqu l-operazzjonijiet.
applika