Ħarsa ġenerali​

Skont l-Att biex jirregola Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Kap. 399) liċenzja individwali tkun meħtieġa għall-istallazzjoni jew l-użu ta' tagħmir, sakemm l-apparat ma jkunx eżenti mil-liċenzja jew ikun regolat minn awtorizzazzjoni ġenerali. Min ma jkunx konformi ma' dan ir-rekwiżit jitqies bħala ksur tal-istess Att.

X’se tingħata

Liċenzja individwali għal ship station.

Eliġibbiltà​​

Sidien ta' bastimenti.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha, flimkien ma’:
i) Ħlas ta’ applikazzjoni.
ii) Radio Survey report.
iii) Emergency Position Indicating Radio-Beacon (EPIRB) Test Report (jekk ikun il-każ).
iv) Notifika permezz ta’ applikazzjoni minn Point of Service approvat (jekk ikun il-każ).
applika