Ħarsa ġenerali
Skont l-Att biex jirregola Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Kap. 399) liċenzja individwali tkun meħtieġa għall-istallazzjoni jew l-użu ta' tagħmir, fuq bastimenti li ma jaqgħux taħt il-Konvenzjoni għal Safety for Life at Sea (SOLAS) bħalma huma pleasure yachts/bastimenti tas-sajd, sakemm l-apparat ma jkunx eżenti mil-liċenzja jew ikun regolat minn awtorizzazzjoni ġenerali. Min ma jkunx konformi ma' dan ir-rekwiżit jitqies bħala ksur tal-istess Att. Station Licence ta' bastiment huwa dokument internazzjonali, li għandu jkun dejjem aġġornat, u kull differenza fid-dokument iġġib il-liċenzja invalida. L-istation licence oriġinali tal-vapur għandha tinżamm abbord il-bastiment il-ħin kollu u tkun disponibbli biex jarawha l-awtoritajiet apposta jekk meħtieġ.
X’ser tingħata
Ship station licence individwali għal bastimenti li ma jkunux SOLAS.
Eliġibbiltà
Kif tapplika
i) Ħlas tal-applikazzjoni.
ii) Radio Survey report.
iii) Emergency Position li tindika Radio-Beacon (EPIRB) Test Report (jekk ikun il-każ).
iv) Notifika permezz ta’ applikazzjoni minn Point of Service approvat (jekk ikun il-każ).
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Provvista tas-Servizz
8 ijiem