Ħarsa ġenerali
Applikazzjoni biex tikseb Ċertifikat ta' Kompetenza biex isservi abbord il-bastimenti kummerċjali li ġejjin li jkunu joperaw fil-portijiet u l-ibħra territorjali u interni ta' Malta:
i) Boatman – Dual qualification biex jagħmilha ta' master u/jew inġineer ta' bastimenti inqas minn 10 metri li jista' jġorr 12-il persuna jew anqas.
ii) Boatmaster Grade 2 – Dual qualification biex jagħmilha ta' master u/jew inġinier ta' bastimenti anqas minn 12-il metru tul u b'magni sa 250 kW.
iii) Boatmaster Grade 1– Master ta' bastimenti anqas minn 24 metru tul.
iv) Mate – Bridge Watchkeeper u Deputy Master.
v) Master – Master ta' bastimenti ta' 24 metru tul u aktar.
vi) Engine Driver Grade 3 – Inġinier ta' bastimenti b'makkinarju ta' propulsjoni ta' saħħa kontinwa massima ta' anqas minn 500 kW.
vii) Engine Driver Grade 2 – Inġinier ta' bastimenti b'makkinarju ta' propulsjoni ta' saħħa kontinwa massima ta' anqas minn 750 kW.
viii) Engine Driver Grade 1 – Inġinier ta' bastimenti b'makkinarju ta' propulsjoni ta' saħħa kontinwa massima ta' anqas minn 1500 kW.
ix) Engineer – Kap Inġinier ta' bastimenti b'makkinarju ta' propulsjoni ta' saħħa kontinwa massima ta' 1500 kW jew aktar. Individwi li jkunu jridu jerġgħu jinvalidaw iċ-ċertifikat tagħhom ta' kompetenza.
X’ser tingħata
L-avviż ta' eliġibbiltà jintitola lid-detentur biex japplika u jikseb Ċertifikat ta' Kompetenza sabiex ikun eliġibbli biex iservi abbord bastimenti kummerċjali li joperaw ġewwa portijiet u ibħra interni u territorjali Maltin.
Eliġibbiltà
-16-il sena għal General Purpose Hand.
-18-il sena għal Boatman, Boatmaster Grade 2 u Engine Driver grades 2 u 3.
-19-il sena għal Boatmaster Grade 1 u Engine Driver Grade 1.
-20 sena għal Mate u Inġinier.
-22 sena għal Master.
Kif tapplika
Id-Dipartiment tal-Bastimenti Kummerċjali
Id-Direttorat għall-Portijiet u l-Yachting
L-Awtorità għat-Trasport f'Malta
Triq Pantar
Lija LJA 2021
Flimkien ma':
i) Kopja tal-Karta tal-Identità jew passaport.
ii) Prova ta' servizz xieraq (Persunal tal-Inġinerija - PYD 236 u/jew Persunal tad-Deck - PYD 209).
iii) Ċertifikat tas-Saħħa validu (PYD 212).
iv) Żewġ ritratti riċenti daqs tal-passaport.
v) Kopji tal-kwalifiki hekk kif imniżżel fil-linji gwida tat-taħriġ u ċertifikazzjoni, skont ir-Regolament tal-Bastiment Kummerċjali AL 499.23.
vi) Ħlas ta' €58.23, li jkun dovut meta jinġabar iċ-Ċertikat ta' Kompetenza.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
Ġurnata