Ħarsa ġenerali​

Applikazzjoni għal Seaman's Book.

X’se tingħata

Seaman's book.

Eliġibbiltà​​

Seafarers li għandhom bżonn seaman's book.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla l-formola u ibgħatha lil:

Id-Direttorat għall-Bastimenti Merkantili
Triq Pantar
Lija LJA 2021

Flimkien ma’
i) 2 ritratti daqs tal-passaport (ir-ritratti għandhom jittieħdu mill-faċċata tal-wiċċ, mingħajr kappell/beritta u għandhom ikunu pprintjati fuq karta fotografika normali, unmounted. Ir-ritratti għandhom ikunu clear exposure. Ritratti li huma mudlama wisq ma jiġux aċċettati. Il-kontrofirmatarju li jiffirma l-applikazzjoni tiegħek fil-Parti 5 għandu japprova wkoll tal-anqas wieħed mir-ritratti bil-kliem JIEN NIĊĊERTIFIKA LI DIN HIJA IMMAĠINI VERA TA’ ________________ u jżid il-firma tiegħu/tagħha).
ii) Il-ħlas dovut.
iii) Kull dokument ta’ kwalifika li għandu jiddaħħal fis-seaman’s book tiegħek.
iv) Evidenza sodisfaċenti tal-ingaġġ tiegħek ta’ issa jew li għandek fi ħsiebek fuq bastiment irreġistrat Malta. Normalment ċertifikat jew dikjarazzjoni minn Master jew min iħaddmek fuq formola uffiċjali jew karta bil-letterhead tkun biżżejjed.
v) Prova ta’ Identifikazzjoni (Kopja tal-Passaport/karta tal-identità).
vi) Fil-każ ta’ tiġdid, jekk jogħġbok ibgħat is-seaman’s book kollu tiegħek.
vii) Fil-każ ta’ ħruġ ta’ replacement, għandu jkun hemm dikjarazzjoni li tgħid għaliex intilef jew tħassar is-seaman’s book tiegħek. Jekk is-seaman’s book oriġinali jinstab (jekk ikun dikjarat mitluf), għandu jingħata lura minnufih lil din l-Awtorità.
viii) Parti 5 għandha timtela minn Membru tal-Parlament, imħallef, qassis, tabib jew xi persuna legali, persuna stabbilita fis-Servizz Ċivili, uffiċjal tal-bank, kap jew uffiċjal anzjan ta’ kumpanija tal-bastimenti, uffiċjal tal-unjin jew xi persuna oħra tal-istess statura li jkun jafek personalment għal tal-anqas sentejn (membri tal-familja tiegħek M’GĦANDHOMX jagħmlu d-dikjarazzjoni).
applika