Ħarsa ġenerali​

Evidenza li l-applikant huwa fiżikament b'saħħtu biex iservi fuq bastiment kummerċjali.

X’se tingħata

Ċertifikat ta' medical fitness, li hu wieħed miċ-ċertifikati li l-applikant għandu jimla u jibgħat għal Avviż ta' Eliġibbiltà jew biex jerġa' jikkonferma l-validità taċ-ċertifikat ta' kompetenza.

Eliġibbiltà​​

Tabib, li jista jkun it-tabib tiegħek (GP), għandu jimla Parti B tar-Rapport Mediku. Jekk ikollok xi dubji dwar saħħtek, tkellem mat-tabib tiegħek qabel ma titlob eżami mediku.

Ċertifikati mediċi għandhom ikunu validati mill-ġdid f’perjodi li ma jaqbżux il-5 snin. It-tabib jista’ jordnalek perjodi iqsar biex tagħmel l-eżami. Ikunu eliġibbli dawk il-persuni li japplikaw għal Avviż ta’ Eliġibbiltà u ċ-Ċertifikat Relattiv ta’ Kompetenza jew għal konferma ta’ validità tal-istess Ċertifikat.

Meta jagħlaq il-61 sena, min ikollu ċertifikat għandu, fi żmien 3 xhur u kull sena wara, jagħmel eżami mediku għall-fitness.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla l-formola u ibgħatha lil:

Commercial Vessels Department
Id-Direttorat għall-Portijiet u l-Yachting
Transport Malta
Triq Pantar
Lija LJA 2021
applika