Ħarsa ġenerali​

Deskrizzjoni ta' evidenza fuq servizz li jkun twettaq fuq il-baħar ta' minn tal-anqas 12-il xahar (li m'hemmx il-bżonn li jkunu kontinwi) li jkun sar fil-ħames snin preċedenti.

X’se tingħata

Konferma mill-ġdid ta' validità ta' Ċertifikat ta' Kompetenza.

Eliġibbiltà​​

Applikanti li biħsiebhom jerġgħu jikkonfermaw il-validità taċ-Ċertifikat ta' Kompetenza għal Deck jew Engineering Personnel li jkun skada.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla l-formola u ibgħatha lil:

Id-Dipartiment tal-Bastimenti Kummerċjali
Id-Direttorat għall-Portijiet u l-Yachting
L-Awtorità tat-Trasport f'Malta
Triq Pantar
Lija LJA 2021

Din il-formola għandha tiġi sottomessa flimkien mal-applikazzjoni għal Rivalidazzjoni għal Ċertifikat ta' Kompetenza (PYD 213) u Eżami Mediku (PYD 212).
applika