Ħarsa ġenerali​

Attestazzjoni jew garanzija ta' sewwieq (Driver Attestation Certificate) hija meħtieġa minn sewwieqa ta' vetturi li jġorru oġġetti li jkollhom toqol gross tal-vettura akbar minn 3,500 kg li mhumiex ċittadini tal-UE. Min jimpjega dawn is-sewwieqa jista' japplika għal garanzija ta' sewwieq f'isem l-impjegat, kif stipulat fir-Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali ta’ Merkanzija b’Vetturi bil-Mutur (L.S. 65.19) u r-Regolamenti 1072/2009/KE tal-Parlament u Kunsill Ewropew.

Għal aktar tagħrif: Carriage of Goods by Road within the European Union - Transport Malta

​X’ser​ tingħata

Driver Attestation Certificate, validu sakemm jiskadi l-permess għar-residenza.

Eliġibbiltà​​

Persuni li ma jkunux ċittadini tal-UE, impjegati minn min iġorr il-merkanzija fuq l-art u detenturi ta' permess ta' residenza maħruġ minn Identità Malta.

Kif tapplika​

Dokumenti meħtieġa:

i) Kopja tal-permess ta’ residenza.

ii) L-applikazzjoni oriġinali wara li tiġbor iċ-ċertifikat. 

Iii) Ħlas ta’ €6.


Ipprintja u ibgħat il-formola mimlija lil:
 

Land Transport Directorate - Paola
A3 Towers, Triq l-Arkata, Paola
PLA1212
Malta

 

Land Transport Office - Gozo

Tiġrija Palazz, Triq Taħt Putirjal, Ir-Rabat Għawdex
VCT1010
Gozo
 

Ħinijiet ta' kuntatt - Contact - Transport Malta

applika