Ħarsa ġenerali​

Formola li tintuża minn persuni li jixtiequ jiksbu liċenzja ta' tip D li biha tuża vetturi miġbuda minn bhejjem fit-triq, għal skopijiet ta' rikreazzjoni jew privati. Din il-liċenzja tista' tkopri aktar minn vettura waħda.

X’se tingħata

Ċertifikat ta' liċenzja ta' tip D u pjanċa tan-numri għal kull vettura.

Eliġibbiltà​​

Kull persuna li tuża vetturi miġbudin minn bhejjem (ADVs) għal dawn l-iskopijiet.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla l-formola u ibgħatha lil:

Transport Malta
Id-Direttorat għat-Trasport fuq l-Art
A3 Towers
Triq l-Arkata
Raħal Ġdid PLA 1212
applika