Ħarsa ġenerali​

Trade union ġdida trid tiġi rreġistrata mar-Reġistratur tat-Trade Unions, skont l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali.

X’se tingħata

Ċertifikat ta' reġistrazzjoni li jikkonferma r-reġistrazzjoni b'suċċess ta' trade union/assoċjazzjoni ta' min iħaddem ġdida.

Eliġibbiltà​​

Kull min hu interessat li jifforma u jirreġistra trade union jew assoċjazzjoni ta' min iħaddem għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin: - Formola mimlija.
- Isem uniku.
- L-istatut għandu jkun konformi mal-Artiklu 50 tal-EIRA.
- L-union għandha jkollha 7 membri jew aktar.
- Il-formoli biex jinkitbu 7 membri jew aktar.
- Għandu jkollha President, Segretarju u Teżorier.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika