Ħarsa ġenerali​

Din il-formola tintuża minn min iħaddem biex jitlob għajnuna finanzjarja talli jimpjega persuni li huma reġistrati li għandhom diżabilità, u ma rċieva ebda sussidju ieħor mill-Unjoni Ewropea għal dan l-impjieg.

X’se tingħata

Min iħaddem jirċievi 25% tas-salarju bażiku sa massimmu ta’ €4,500.

Eliġibbiltà​​

Min iħaddem persuni b’diżabilità li huma reġistrati mal-JobsPlus jew mas-CRPD (KNPD).

Kif tapplika​

Imla l-applikazzjoni onlajn jew inkella ibgħatha bil-posta lil:

Ms. Moira Falzon

Jobseeker Services

Jobsplus

Head Office

Ħal Far BBG 3000

Mal-applikazzjoni inkludi kopja tal-FS3 li trid tkun iffirmata wkoll mill-impjegat bħala 'true copy of original', kif ukoll kopja tal-Karta tal-Identità tal-individwu.

applika