Formola ta’ Rikjesta għal Servizz ta' Job Brokerage għal Immigranti jew Refuġjati

Aġġornat l-Aħħar: L-Erbgħa 17 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Permezz ta' din il-formola, kumpaniji jistgħu jagħmlu talba b'mod formali biex jingaġġaw immigrant għal perjodu ta’ żmien qasir ħafna.

X’ser​ tingħata

Talba formali bid-dettalji tal-kumpanija.

Eliġibbiltà​​

Min iħaddem li hu reġistrat u li għandu numru tal-PE (Permission to Employ).

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn, ipprintjaha, iffirmaha u ibgħatha lil:

L-Uffiċċju tal-Job Brokerage
JobsPlus Head Office
Training Complex
Ħal Far

Jew b'imejl fuq: brokerage.jobsplus@gov.mt

Din il-formola ma tistax tiġi sottomessa onlajn minħabba r-rekwiżit ta' firma oriġinali.

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika