Ħarsa ġenerali​

Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi li mhumiex eliġibbli għall-Proċess ta' Single Permit, bħal:
- Ħaddiema temporanji - Studenti - Ħaddiema li jigu ingaġġati biex joffru servizz - Persuni li jaħdmu għal rashom Jistgħu jużaw din il-formola biex japplikaw għal Liċenzja ta' impjieg.

X’se tingħata

Liċenzja ta' impjieg li tawtorizza Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi biex jaħdmu.

Eliġibbiltà​​

Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi li mhumiex eliġibbli biex japplikaw għall-Proċess ta' Single Permit, li huwa permess li japprova r-residenza u l-impjieg.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u pprintjaha.

Il-formola tal-applikazzjoni, flimkien mal-lista ta' dokumenti mandatorji speċifikati għandha tiġi sottomessa personalment fl-uffiċċji tagħna jew bil-posta:

The Employment Licences Unit
L-Uffiċċju Ewlieni tal-JobsPlus
Ħal Far BBG 3000

Xi wħud mid-dokumenti addizzjonali għandhom ikunu kopji awtentikati tad-dokument oriġinali jew iffirmati oriġinalment.
applika