Ħarsa ġenerali​

Id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani, li jiffoka fuq l-immaniġġjar tal-istaff u l-benesseri tal-impjegati, imexxi r-reklutaġġ tal-Aġenzija, kif ukoll l-iżvilupp u l-manteniment tal-impjegati sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-Aġenzija bħala organizzazzjoni dinamika. L-għan ta’ dan id-Dipartiment huwa li jgħin sabiex tissaħħaħ il-prestazzjoni kemm tal-impjegati individwali kif ukoll dik tal-organizzazzjoni billi jżomm il-policies u l-prattiċi li jaffettwaw lill-impjegati dejjem aġġornati.

Aġenzija Sapport tibbaża r-reklutaġġ fuq opportunitajiet indaqs u timpjega persuni li jkollhom l-għarfien, l-abbiltajiet u l-attitudni addattati għad-diversi sejħiet li jkollha minn żmien għal żmien. L-Aġenzija toffri wkoll l-opportunità biex l-impjegati jimxu ‘l quddiem fil-karriera.

X’se tingħata

L-Aġenzija toffri l-opportunità biex l-impjegati jimxu ‘l quddiem fil-karriera.

Eliġibbiltà​​

Il-kwalifiki u l-esperjenza tal-applikanti għandhom ikunu murija permezz ta’ kopji taċ-ċertifikati u/jew testimonjanzi. L-applikanti li ghandhom kwalifiki barranin jeħtieġ li jissottomettu ittra ta’ juru li dawn il-kwalifiki huma rikonoxxuti u akkreditati mill-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE). Kull sejħa maħruġa mill-Aġenzija jkollha kriterji differenti ta’ eliġibilità.

Kif tapplika​

Imla l-applikazzjoni li ssib fuq is-sit tal-Aġenzija u ibgħatha flimkien mad-dokumenti meħtieġa sad-data tal-għeluq skont l-avviż.

Dokumenti meħtieġa

Apparti l-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa, individwi li huma interessati li japplikaw għandhom jissottomettu wkoll dawn id-dokumenti sad-data tal-għeluq:

  • Formola tal-applikazzjoni (li tista’ titniżżel mis-sit tal-Aġenzija Sapport
  • Curriculum Vitae dettaljata;
  • Kopji tal-kwalifiki mitluba;
  • Ittra ta’ referenza;
  • Ċertifikat tal-kondotta tal-pulizija maħruġa fl-aħħar tliet xhur qabel l-applikazzjoni;
  • Evidenza ta’ esperjenza tax-xogħol, jew permezz ta’ dokument maħruġ mill-Jobs Plus (Job History Sheet) jew permezz ta’ ittra formali ta’ referenza.

Kull informazzjoni sottomessa mill-applikanti tiġi proċessata skont il-liġi tal-Protezzjoni tad-Data u l-policies tal-Aġenzija f’dan ir-rigward.

applika