Ħarsa ġenerali
Min iħaddem jista' jkun eliġibbli li jibbenefika minn ħlas lura ta' taxxa sa massimu ta' €11,600 fuq perjodu ta sentejn (€5,800 kull sena). Jekk it-taħriġ jiġi outsourced u pprovdut minn partijiet terzi, min iħaddem jiġi mħallas lura sa €400 (50% tal-prezz tat-taħriġ).
X’ser tingħata
Jekk impjegat huwa eliġibbli, wara min iħaddem jingħata lura t-taxxa għal żmien sentejn jekk l-impjegat ikun għadu jaħdem mal-istess kumpanija. Impjegati ta' 'l fuq minn 45 sena jgawdu minn vantaġġ biex ikunu impjegati, għar-raġuni li min iħaddem jiġi ppremjat finanzjarjament.
Eliġibbiltà
Kif tapplika
Ipprintja u imla l-formola u ibgħatha lil:
Skema ta' Haddiema Maturi
Jobsplus Head Office
Triq Birżebbuġa
Ħal Far BBG 3000
jew permezz ta' imejl lil: matureworkerscheme.jobsplus@gov.mt