Ħarsa ġenerali​

Korsijiet bl-iskop li jgħinu lil persuni biex itejbu l-edukazzjoni tagħhom u jiksbu l-ħiliet meħtieġa biex isibu impjieg u jżommuh. Il-korsijiet huma disponibbli f'livelli differenti, minn korsijiet qosra ta' ftit jiem sa korsijiet vokazzjonali li jwasslu għal ċertifikat, marbutin mal-Istrutturi ta' Kwalifikazzjoni Maltin u Ewropej, li jistgħu jitlestew fi ftit ġimgħat jew xhur.

X’se tingħata

Dawk li jieħdu t-taħriġ u jtemmu b'suċċess il-kors jingħataw ċertifikat. Jekk il-kors li jkun sar ikun rikonoxxut mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla, dan iwassal għal Ċertifikat li jkun relatat mal-livell. Individwi impjegati li l-paga tagħhom kull ġimgħa ma taqbiżx it-€300 wara li jsegwu kors fil-Jobsplus igawdu minn għotja finanzjarja ta' €25 kull ġimgħa jekk jattendu tal-anqas 4 sigħat ta' taħriġ kull ġimgħa u/jew aktar, skont l-iskeda tal-programm stabbilit mill-Jobsplus. L-għotja tingħata lil individwu li jkompli b'suċċess il-kors kollu u l-ħlas ikun ibbażat fuq is-sigħat li individwu jattendi u kemm idum il-kors.

Eliġibbiltà​​

Kull kors għandu r-rekwiżiti tiegħu għad-dħul.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Biex tara l-lista kompluta tal-korsijiet, jekk jogħġbok agħfas hawn .
applika