Ħarsa ġenerali​

Obbligu legali skont l-A.L. 52 tal-1986. Kull inċident li jiġri kawża tax-xogħol jew in konnessjoni miegħu li jagħti lok jew għal (a) mewt jew feriment gravi ta’ xi persuna; jew (b) fil-każ ta’ impjegat fuq ix-xogħol, f’li dak l-impjegat ikun inkapaċitat milli jaħdem għal iktar minn tlitt ijiem wara xulxin, minbarra dawk il-ġranet meta mhuwiex mistenni li jmur għax-xogħol; dan l-inċident għandu jkun notifikat lill-OHSA. Meta inċident li għandu jingħata tagħrif dwaru jagħti lok għall-mewt jew feriment gravi ta’ persuna, min iħaddem għandu (i) javża lill-OHSA bl-iktar mod prattiku u mingħajr dewmien; u (ii) fi żmien sebat ijiem mid-data tal-inċident jibgħat avviż ta’ l-inċident bil-miktub lill-OHSA. Min iħaddem għandu javża wkoll b'kull feriment ieħor li jagħti lok għaż-żamma tal-ferut fl-isptar għal iktar minn erbgħa u għoxrin siegħa minbarra ż-żmien ta’ osservazzjoni. Min iħaddem għandu javża wkoll b'kull feriment ieħor li jagħti lok għaż-żamma tal-ferut fl-isptar għal iktar minn erbgħa u għoxrin siegħa minbarra ż-żmien ta’ osservazzjoni.

X’se tingħata

Konformità mal-obbligu legali skont ir-Regolament 22 tal-A.L. 52 tal-1986.

Eliġibbiltà​​

Kull min iħaddem huwa legalment meħtieġ li jgħarraf lill-Awtorità b'kull inċident li jiġri kawża tax-xogħol jew in konnessjoni miegħu li jagħti lok jew għal (a) mewt jew feriment gravi ta’ xi persuna; jew (b) fil-każ ta’ impjegat fuq ix-xogħol, f’li dak l-impjegat ikun inkapaċitat milli jaħdem għal iktar minn tlitt ijiem wara xulxin, minbarra dawk il-ġranet meta mhuwiex mistenni li jmur għax-xogħol. Min iħaddem għandu javża wkoll b'kull feriment ieħor li jagħti lok għaż-żamma tal-ferut fl-isptar għal iktar minn erbgħa u għoxrin siegħa minbarra ż-żmien ta’ osservazzjoni. Min iħaddem għandu javża wkoll b'kull feriment ieħor li jagħti lok għaż-żamma tal-ferut fl-isptar għal iktar minn erbgħa u għoxrin siegħa minbarra ż-żmien ta’ osservazzjoni.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika