Ħarsa ġenerali
L-applikazzjoni għal Boroż ta' Studju trid tiġi mimlija minn min qed japplika għal Borża ta' Studju offruta minn pajjiżi jew organizzazzjonijiet barranin mal-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Turiżmu. Dawn il-Boroż ta' Studju huma ppubblikati fuq il-website tal-Ministeru taħt is-sezzjoni tal-Boroż ta' Studju. F'din is-sezzjoni wieħed jista' jsib ukoll l-applikazzjonl. Jekk l-applikant mhuwiex student, din l-applikazzjoni trid tiġi ffirmata minn min iħaddmu biex din tkun ikkunsidrata valida.
X’ser tingħata
Borża ta' Studju.
Eliġibbiltà
L-eliġibilita' tiddependi mill-Borża ta' Studju offruta. Kull Borża ta' Studju għandha kwalifiki akkademiċi differenti li jridu jiġu osservati biex wieħed ikun eliġibbli biex japplika.
Kif tapplika
Dokumenti meħtieġa mal-applikazzjoni:
• Ritratt riċenti tal-passaport
• Kopja tal-passaport/karta tal-identità
• Curriculum Vitae
• Dikjarazzjoni ffirmata u ttimbrata minn min iħaddem
• Kopji taċ-ċertifikati miksuba
• Kopja tal-applikazzjoni elettronika sottomessa mal-Università/Kulleġġ rispettiva (jekk applikabbli)
• Id-dokumenti kollha mehmuża għandhom ikunu inizjalati fuq kull paġna
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
28 jum