Ħarsa ġenerali
L-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern bħalissa qed jiddiġitalizza l-Volumi Nutarili. Kuljum dan l-Uffiċċju qed itella’ kuntratti u testmenti pubbliċi fil-Portal tal-Atti Nutarili biex b’hekk ikunu disponibbli u jkunu jistgħu jinxtraw. F'każ li l-att/testment meħtieġ ma jinstabx online, is-sistema tippermetti lill-utent jissottometti ordni li tiġi notifikata fi żmien tlett (3) ijiem tax-xogħol.
Ladarba l-ordni tkun ġiet ipproċessata, l-applikant għandu jirċievi email flimkien ma’ link li jidderiġih/a għad-dokument/i meħtieġa. Kull att/testment jinqasam f’erba’ kategoriji (Kuntratt/Testment, Pjanti, Dokumenti tat-Taxxa u Dokumenti Oħra) sabiex il-klijent ikun jista’ jixtri parti jew id-dokumenti kollha li għandu bżonn.
X’ser tingħata
1.Tiġi mgħarraf immedjatament meta tissottometti l-applikazzjoni.
2. Tingħata risposta diretta permezz ta’ sms jew email li tindika jekk il-kopja tal-kuntratt jew testment pubbliku tistax tinġabar inklużi l-ispejjeż li jridu jitħallsu.
3. Tiġi notifikat permezz ta’ sms jew email jekk hemmx bżonn ta’ tagħrif addizzjonali mal-applikazzjoni jew jekk il-kuntratt jew testment pubbliku partikolari jinsabx depożitat l-Arkivji Nutarili.
4. Ninfurmawk jekk il-ħlas dovut għall-kopja tal-att pubbliku jew testment pubbliku jaqbiżx €50.
Eliġibbiltà
Kwalunkwe persuna tista’ tordna kopja ta’ att jew testment pubbliku.
Kif tapplika
Fittex il-kuntratt/testment meħtieġ billi ddaħħal l-Isem tan-Nutar u d-data tal-kuntratt/testment.
Jekk jinstab l-att tista' tipproċedi biex tara l-ewwel faċċati u tixtrih. Jekk dokument ma jinstabx jista' jkun minħabba li t-tfittxija mhux neċessarjament tinkludi l-atti kollha online peress li hemm proġett ta' diġitizzazzjoni li għadu għaddej. Tista’ titlob biex id-dokument meħtieġ jkun diġizzat u jsir disponibbli online billi tikklikkja fuq il-buttuna safra li tieħdok għall-eForm. Ċertifikat tal-mewt huwa meħtieġ f'każ li l-att ikun testment.
Ħa tirċievi rikonoxximent immedjat tal-applikazzjoni.
Tweġiba fi żmien tlett (3) ijiem tax-xogħol minn meta tiġi sottomessa l-ordni. Jekk il-kuntratt/testment instab u ttella' online, se tiġi inkluża link diretta għal dak id-dokument/i. F'każ li l-kuntratt meħtieġ ma jinstabx, inti tiġi mgħarraf jekk l-applikazzjoni teħtieġx aktar informazzjoni.
Tista' tara l-ewwel faċċati tal-kuntratt/testment biex tiżgura li huwa dak meħtieġa billi tidħol ġod-Dettalji tad-Dokument u tagħfas ‘Previżjoni tad-Dokument’.
Ipproċedi biex tixtri d-dokumenti meħtieġa billi żżidhom mal-kart. Fil-paġna tal-kart tista' tagħżel li d-dokumenti li tixtri jiġu legalizzati. Ladarba c-checkout titlesta, għandek tirċievi rċevuta li fiha wkoll link biex tniżżel id-dokumenti.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Provvista tas-Servizz
Ġurnata