Ħarsa ġenerali
Dan is-servizz jgħinek issib opportunitajiet biex tagħmel xogħol volontarju ma’ organizzazzjoni volontarja. Issib pprovduta lista ta’ opportunitajiet u tista’ tara x’qed ifittxu l-għaqdiet volontarji bħala voluntiera.
X’ser tingħata
Tista’ tfittex lista ta’ opportunitajiet ta’ volontarjat, u b’hekk issib aktar faċilment ir-rwol li l-aktar jgħodd għalik mingħajr ma jkollok tikkuntattja lill-organizzazzjonijiet individwalment. Dan ifisser inqas ħin tfittex u aktar ħin tagħmel differenza.
Eliġibbiltà
Kull min għandu l-ħin biex jagħmel xogħol volontarju jista’ jipparteċipa.
Kif tapplika
Segwi l-istruzzjonijiet fuq volunteers.mt biex tirreġistra u tindika liema opportunità tixtieq tieħu.