Ħarsa ġenerali
Il-ħatra ta’ amministratur mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tippermetti li individwu fdat jaġixxi f’isem benefiċjarju/a tas-sigurtà soċjali jew persuna taħt it-tmintax (18) sena, sakemm tiġi pprovduta dokumentazzjoni mitluba. L-amministratur jista’ jimmaġja affarijiet u interessi relatati mas-sigurtà soċjali tal-benefiċjarju/a, sabiex ikun żgurat il-bżonn u drittijiet ikunu protetti.
X’ser tingħata
Persuna fdata taġixxi f’isem persuna benefiċjarja tas-sigurtà soċjali li teħtieġ rappreżentanza.
L-obbligi ta’ din l-amministrazzjoni relatata mal-affarijiet tas-sigurtà soċajli tal-benefiċjaru/a jinkludu:
Jifhem il-ħtiġijiet u l-preferenzi speċifiċi tal-persuna.
Jaġixxi fl-aħjar interess tal-persuna b'diżabilità jew tal-minuri.
Jieħu deċiżjonijiet li jallinjaw mal-benessri u l-aħjar interessi tal-persuna.
Jevita restrizzjonijiet bla bżonn u jippromwovi l-parteċipazzjoni tagħhom f'deċiżjonijiet li jaffettwaw ħajjithom.
Jiżgura li d-drittijiet u l-libertajiet tal-persuna jkunu rispettati.
Iżomm it-trasparenza u r-responsabbiltà f’kull deċiżjonijiet u azzjonijiet meħuda f'isem il-persuna.
Jinforma lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali b’kull bidla fiċ-ċirkustanza tal-Pensjonant/Benefiċjarju skont l-Artikolu 117 (1) tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali tal-1987, fejn f’każ li l-Amministratur ma jirrapurtax tali instanzi, jista’ jiġi ppenalizzat, jeħel ħabs jew it-tnejn.
L-għoti ta’ informazzjoni falza tiġi penalizzata kif stipulat fil-Kodiċi Kriminali (Kap. 9.).
Eliġibbiltà
Ħatra ta’ amministratur mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ta’ Malta tippermetti lil persuna fdata tirrappreżenta legalment persuna oħra jew minorenni taħt it-tmintax-il (18) sena fil-ġestjoni tal-affarijiet tas-sigurtà soċjali tagħhom. Din il-ħatra hija suġġetta għal rekwiżiti legali, li jinkludu s-sottomissjoni ta’ wieħed mid-dokumenti li ġejjin: Prokura Ġenerali, Ordni ta’ Kustodja, jew Ittra ta’ Amministrazzjoni maħruġa bl-ordni tal-Qorti.
Waqt il-verifikazzjoni, id-dettalji tar-rappreżentant/a jiġu rrekordjati fuq is-Sistema tal-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali bħala amministratur għall-individwu.
Il-Portal Notarili jipprovdi punt ta’ konnessjoni pubbliku biex tkun tista’ tivverifika jekk mandat (prokura ġenerali) għadux attiv jew jekk ġiex itterminat. Il-portal jipprovdu ukoll lista aġġornata ta’ nutara prattikanti f’Malta.
Dokumentazzjoni Meħtieġa
Ladarba l-Amministratur ikun irreġistrat mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, meta j/tattendi f’xi ċentru ta’ Servizz.gov, għandu/ha dejjem j/tippreżenta dokument ta’ identifikazzjoni validu, bħal Karta tal-Identità Maltija, Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport.
Kopja valida u ċċertifikata ta’ wieħed minn dawn:
l-Prokura Ġenerali; jew
Ordni ta' Kustodja; jew
Ittra ta' Amministrazzjoni (Ordni tal-Qorti).
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.