Ħarsa ġenerali
Il-klijenti għandhom l-għażla li jibbenefikaw mill-iskema għal Vjaġġaturi Frekwenti meta jivvjaġġaw bejn il-gżejjer.
L-iskema għal Vjaġġaturi Frekwenti tista’ tapplika jew għal individwu flimkien ma’ kwalunkwe karozza standard (taħt il-5.3 metri), jew għal karozza standard li tista’ tinstaq minn kwalunkwe sewwieq. Din l-aħħar għażla tista’ tkun partikolarment adattata għall-ħtiġijiet ta’ negozji żgħar li jibagħtu rappreżentanti differenti tal-bejgħ lejn Għawdex. Skont l-għażla applikabbli, fuq il-kard tintwera jew ir-ritratt tas-sewwieq, jew in-numru tar-reġistrazzjoni u l-marka tal-vettura.
L-iskema hija disponibbli wkoll għal konjuġi li japplikaw flimkien għal Kard għal Vjaġġaturi Frekwenti. F’dan il-każ, il-kard tkun tinkludi r-ritratti taż-żewġ konjuġi u tista’ tintuża minn kwalunkwe wieħed minnhom. Il-passiġġieri li jkunu qed jivvjaġġaw fl-istess vettura, inkluż il-konjuġi l-ieħor, ikunu meħtieġa jħallsu n-noll normali applikabbli. Din l-għażla hija disponibbli biss meta ż-żewġ konjuġi japplikaw flimkien u jippreżentaw id-dokumentazzjoni ta’ sostenn kollha meħtieġa kull darba li japplikaw għall-Kard għal Vjaġġaturi Frekwenti għall-Konjuġi.
X’ser tingħata
Frequent Travel Card.
| Skema | Vjaggi | Kemm tiswa (Ewro) | Kemm jiswa kull trip (Ewro) | Ghal kemm zmien hija valida |
| 9 | 52 | 423.95 | 8.15 | 1 yr. (sena) |
| 10 | 40 | 370.37 | 9.27 | 1 yr. (sena) |
| 11 | 30 | 314.47 | 10.48 | 1 yr. (sena) |
| 12 | 20 | 256.23 | 12.81 | 6 xhur |
| 13 | 15 | 195.67 | 13.04 | 6 xhur |
| 14 | 12 | 167.71 | 13.97 | 3 xhur |
| 15 | 8 | 116.47 | 14.55 | 3 xhur |
| 16 | 5 | 75.70 | 15.14 | 6 ġimgħat |
Eliġibbiltà
Il-pubbliku ġenerali.
- Ritratt daqs ta’ passaport;
- Kopja tal-Karta tal-Identità.
Ritratt daqs ta’ passaport taż-żewġ konjuġi;
Kopja tal-Karti tal-Identità taż-żewġ konjuġi;
Ċertifikat taż-żwieġ.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
Jumejn