Ħarsa ġenerali
Il-Ministeru għall-Għawdex qed joffri lill-pubbliku servizz botaniku mid-Direttorat għal Innovazzjoni Ambjentali u Greening. Dan is-servizz joffri għajnuna biex wieħed jidentifika pjanti, arbuxxelli u siġar li nsibu fil-kampanja Maltija, speċjalment dik f’Għawdex. La darba wieħed ikun jaf isem il-pjanta, ikun iktar jista’ japprezzaha meta jistħarreg fuqha permess tal-internet jew kotba u jkun jaf l-usanzi u l-karateristici tagħha. Dan is-servizz joffri wkoll informazzjoni ġenerali fuq il-flora u l-abitati naturali li nsibu fil-gżejjer Maltin.
X’ser tingħata
Identifikazzjoni u informazzjoni ġenerali fuq il-pjanti u siġar li nsibu fil-gżejjer Maltin.
Eliġibbiltà
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħat.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
7 ijiem
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
Ġurnata