Ħarsa ġenerali
X’ser tingħata
Eliġibbiltà
• Kindergarten u skejjel primarji – studenti li joqogħdu aktar minn kilometru (1) ’il bogħod mill-iskola tal-lokalita fejn joqogħdu huma eliġibbli biex japplikaw għas-servizz tat-trasport tal-iskola.
• Skejjel medji u sekondarji – studenti li joqogħdu aktar minn kilometru (1) ’il bogħod mill-iskola medja jew sekondarja tal-kulleġġ rispettiv tagħhom huma eliġibbli biex japplikaw għas-servizz tat-trasport tal-iskola.
• Skejjel li joffru programmi speċjalizzati li huma:
• Skola Nazzjonali tal-Isport (Pembroke),
• Malta Visual & Performing Arts School (Ħamrun),
• Alternative Learning Programme (Paola),
• Learning Support Centres (Gzira/Cospicua/Fortini/Naxxar/Hamrun/Żebbuġ),
• Resource Centres (Wardija/Hamrun/Qrendi/Pembroke/Sannat)
• Migrant Hubs huma eliġibbli biex japplikaw għas-servizz tat-trasport tal-iskola irrispettivament mil-lokalita’ ta ’residenza tagħhom.
• L-eċċezzjonijiet jiġu ttrattati fuq bażi individwali. Jekk jogħġbok ikkuntattja lit-Taqsima tat-Trasport tal-Iskejjel għal aktar informazzjoni.
• L-istudenti huma residenti Maltin. (Studenti li għandhom ID diplomatika jeħtieġ li jikkuntattjaw is-Sezzjoni dwar it-Trasport tal-Iskejjel għal aktar informazzjoni)
• L-istudent jgħix fiż-żona ġeografika tal-iskola rispettiva.
• L-istudent jattendi skola li hija skola liċenzjata ta ’Malta/Għawdex, kif maħruġ mill-MEYR
• It-trasport tal-iskola tal-istat b ’xejn jadotta politika ta’ “indirizz wieħed għal kull tifel/tifla” – għalhekk il-ġbir/it–tluq lejn indirizz differenti mhuwiex permess.
• Trasport Barra mil-lokalita’ tal-Iskola ’– l-eliġibilita’ għat-trasport ta’ l-iskola b’ xejn għal studenti barra mil-lokalita’ rispettiva tiegħu’tagħha, tiddependi minn jekk l-istudent ikunx reġistrat fi Sports Career Development Programme (SCDP) jew f’xi suggett hekk maghruf bhala Vocational and/or Applied Education Training li ma jkunx offrut fl-iskola medja jew sekondarja fil-kulleġġ li jkopri l-lokalita’ tar-residenza primarja tagħhom. Għal raġunijiet mhux elenkati hawn fuq, it-trasport barra mil-lokalita għandu jintalab permezz tal-iskola. . L-iskola tipprovdi rapport li jindika għaliex l-istudent imsemmi għandu jiġi trattat bħala eċċezzjoni, flimkien ma’ dokumenti meħtieġa li jsostnu t-talba. L-applikazzjoni tiġi riveduta u vverifikata mill-Kap tat-Trasport tal-Iskejjel fuq bażi individwali. Id-deċiżjoni tat-Taqsima Trasport tal-Iskejjel hija finali.
• Hija r-responsabbilta’ tal-ġenituri/ kustodju legali li jkunu mat-tifel jew tifla tagħhom waqt il-pick – up u d-drop – off fil-punti indikati lilhom.
“Il-ġenituri li għandhom in-nazzjonalità Maltija u li d-dettalji tagħhom bħalissa mhumiex marbuta mat-tifel jew tifla tagħhom huma mistiedna jinnotifikaw lir-Reġistru Pubbliku billi jibagħtu email lil publicregistry.identita@gov.mt”.
Kif tapplika
L-applikazzjonijiet online għall-Iskema tat-Trasport Skolastiku bla Ħlas għall-istudenti li jattendu l-Iskejjel tal-Istat għas-sena skolastika 2026/2027 se jkunu miftuħa mill-4 ta’ Mejju 2026 sas-17 ta’ Lulju 2026 inkluż. Wara din id-data, l-applikanti huma mitluba jmorru fil-Ministeru sabiex japplikaw mill-One Stop Shop fi Triq l-Assedju l-Kbir, il-Furjana, fil-ħinijiet li ġejjin:
Kuljum minn nhar it-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9:30 a.m. u s-2:00 p.m.
Nhar ta’ Erbgħa bejn id-9:30 a.m. u s-6:00 p.m.
Nhar ta’ Sibt bejn it-8:00 a.m. u t-12:00 p.m.
Gozo College, Uffiċċju tal-Prinċipal tal-Kulleġġ, Triq l-Ewropa, ir-Rabat, Għawdex:
Kuljum minn nhar it-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 a.m. u t-12:00 p.m.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
3 ijiem
Provvista tas-Servizz
3 ijiem