Skema ta’ Appoġġ għal Inizjattivi ta’ Marketing għas-Settur tal-Akkomodazzjoni f’Għawdex

Aġġornat l-Aħħar: It-Tnejn 02 Novembru 2026

Ħarsa ġenerali

Din l-iskema għandha l-għan li tappoġġja lill-operaturi tal-akkomodazzjoni f’Għawdex fil-promozzjoni lokali / internazzjonali tal-gżira bħala destinazzjoni turistika, permezz ta’ reklamar diġitali.


Aktar informazzjoni hija disponibbli fin-Noti ta’ Gwida tal-iskema fuq il-websajt tal-Ministeru għal Għawdex.

X’ser​ tingħata

Il-Ministeru għal Għawdex se jkopri sa 65% tan-nefqa eliġibbli biex issir kampanja ta’ marketing diġitali, sa massimu ta’ €8,000.

Eliġibbiltà​​

Proprjetajiet ta’ akkomodazzjoni li jinsabu f’Għawdex u liċenzjati bħala operaturi ta’ akkomodazzjoni mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) huma eliġibbli biex japplikaw, soġġetti għat-termini u l-kundizzjonijiet tal-iskema.


Dokumenti Meħtieġa

 

Fl-Istadju tal-Applikazzjoni:

 

  • Numru tal-VAT tal-aġenzija professjonali ingaġġata biex tieħu ħsieb ir-reklamar diġitali u kopja tal-kuntratt iffirmat JEW kopja tal-kuntratt tax-xogħol tal-manager tal-marketing;

  • Pjan ta' reklamar tal-kontenut;

  • Liċenzja tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA);

  • Deskrizzjoni tal-inizjattivi ta' reklamar li għalihom qed jintalab appoġġ;

  • Formola ta' Dikjarazzjoni tad-de minimis iffirmata;

  • Dikjarazzjoni mill-operatur tal-Akkomodazzjoni.


F'nofs il-Pjan / fit-Tmiem tal-Pjan:

 

  • Kopja tar-riżultati analitiċi tal-kampanja minn pjattaformi tal-midja soċjali u / jew
    Google Analytics;

  • Kopja tar-reklamar u l-materjal awdjoviżiv implimentat;

  • Kopja tal-fatturi kollha (inkluża l-irċevuta tal-VAT fiskali, u d-dikjarazzjoni tat-tranżazzjoni bankarja bħala prova tal-ħlas);

  • Jekk il-ħlas mhuwiex f'Euro, kopja tar-rata tal-kambju fid-data tal-ħlas;

  • Formola ta' Dikjarazzjoni tad-de minimis iffirmata.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

 

 

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

7 ijiem

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

21 jum

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

21 jum

Provvista tas-Servizz

91 jum

Issottometti l-applikazzjoni tiegħek

Applika