Ħarsa ġenerali
L-Iskema Sustainable Quality Employment in Gozo se tipprovdi għajnuna, fil-forma ta’ rimborsi parzjali ta’ salarju, lil min iħaddem li jinsab u li għandu indirizz reġistrat f’Għawdex, biex isostni it-tranżizzjoni lejn sostenibbiltà msaħħa ta’ impjieg full-time fuq bażi indefinita:
a) Jew ta’ impjegati ġodda bbażati f'Għawdex.
b) Jew ta’ persunal ibbażat f’Għawdex, diġà impjegat mal-istess impriża bla waqfien mill-1 ta’ Jannar 2018 'il quddiem u li għalihom min iħaddimhom diġà bbenefika miċ-ċiklu sħiħ ta' 3 snin taħt l-iskema ta' Gozo Employment Refund Scheme jew Gozo Back-Office Scheme.
Aktar informazzjoni hija disponibbli fin-Noti ta’ Gwida tal-iskema fuq il-websajt tal-Ministeru għal Għawdex permezz ta din il-ħolqa: ghawdex.gov.mt
X’ser tingħata
L-għajnuna li l-benefiċjarji se jirċievu mill-iskema Supporting Sustainable Quality Employment in Gozo fuq perjodu ta’ 3 snin, se tkopri r-rimborż parzjali tas-Salarju Bażiku Annwali ta’ kull impjegat b’kuntratt full-time, indefinit.
L-għajnuna se tingħata fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel, soġġett għat-termini u l-kundizzjonijiet tal-iskema u għal-limitu massimu annwali u l-baġit totali.
Eliġibbiltà
L-impriżi kollha u dawk li jħaddmu bbażati f’Għawdex huma eliġibbli biex japplikaw jekk jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibilità kif indikati fin-Noti ta’ Gwida tal-iskema.
Dokumenti Meħtieġa:
Kuntratt tax-Xogħol;
Kopja tal-Karta tal-Identità;
Jobsplus Employment History (tiġi akkwistata permezz ta' Jobsplus);
Dikjarazzjoni;
Dikjarazzjoni ta' Għajnuna mill-Istat.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Xahar
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Sena
Provvista tas-Servizz
91 jum