Ħarsa ġenerali
Dan il-programm iseħħ f’aktar minn 50 post differenti li jvarjaw minn skejjel, libreriji pubbliċi, kunsilli lokali, swali parrokkjali u spazji pubbliċi f’Malta u f’Għawdex. Dan il-programm huwa parzjalment sponsorjat mill-Bank of Valletta.
X’ser tingħata
- Biex jippromwovi l-imħabba għall-kotba
- Biex jiżviluppa l-immaġinazzjoni tat-tfal permezz ta’ attivitajiet divertenti u stimulant
Eliġibbiltà
Kif tapplika
Jekk jogħġbok, żur il-paġna ta’ Facebook Aqra Miegħi/Read with Me jew ċempel fuq 25983335 jew ibgħat email lil aqra.storja@ilearn.edu.mt għal aktar informazzjoni dwar dan il-programm u biex tibbukkja.
Dokumenti meħtieġa
Malli jsir il-booking, dawk li se jattendu jiġu mitluba jċemplu fuq 25983335 jew jibagħtu email fuq aqra.storja@ilearn.edu.mt sabiex jagħtu d-dettalji li ġejjin:
• Isem u kunjom it-tifel/tifla
• Isem u kunjom il-ġenitur li jakkumpanja lit-tifel/tifla
• Numru tal-karta tal-identità tal-ġenitur
• Numru ta’ kuntatt
Dawn id-dettalji mbagħad jinkitbu f’attendenza li tingħata lill-Animatur tal-Qari konċernat.
Dawn id-dettalji jingħataw biss għaż-żamma tar-rekords u f’każ ta’ kanċellazzjonijiet.