Benefiċċju tal-Lingwa Maltija għaċ-Child Carers

Aġġornat l-Aħħar: Il-Ħamis 09 Lulju 2026

Ħarsa ġenerali

Taħt il-ftehim nazzjonali ta’ erba’ snin dwar is-servizz ta’ childcare b’xejn, child carers u Centre Managers li jitkellmu bil-Malti u li jaħdmu f’ċentri taċ-childcare li jipparteċipaw fil-Free Childcare Scheme jistgħu jkunu eliġibbli għal għotja annwali ta’ €520, miżjuda fuq il-paga normali tagħhom.

 

Dan il-benefiċċju jista’ jingħata kemm lil ċittadini Maltin kif ukoll lil ħaddiema barranin, ladarba jkunu kapaċi jikkomunikaw bil-Malti.

X’ser​ tingħata

Persuni eliġibbli jistgħu jirċievu għotja addizzjonali mal-paga normali tagħhom, sa massimu ta’ €10 fil-ġimgħa.

 

It-talbiet iridu jiġu sottomessi sad-data ta’ skadenza rilevanti. Ir-rifużjoni mbagħad issir skont l-iskeda tal-ħlasijiet kif indikat hawn taħt.

Perjodu tat-talba

Data ta’ skadenza għas-sottomissjoni

Perjodu tal-ħlas

Jannar sa Mejju 2026

15 ta’ Ġunju 2026

Lulju 2026

Ġunju 2026

15 ta’ Lulju 2026

Awwissu 2026

Lulju sa Settembru 2026

15 ta’ Ottubru 2026

Novembru 2026

Ottubru sa Diċembru 2026

15 ta’ Jannar 2027

Frar 2027

Jannar sa Marzu 2027

15 ta’ April 2027

Mejju 2027

April sa Ġunju 2027

15 ta’ Lulju 2027

Awwissu 2027

Lulju sa Settembru 2027

15 ta’ Ottubru 2027

Novembru 2027

Ottubru sa Diċembru 2027

15 ta’ Jannar 2028

Frar 2028

 

Kwalunkwe dati ta’ skadenza oħra jiġu kkomunikati aktar ’il quddiem.

Eliġibbiltà​​

Biex jikkwalifikaw, il-persuni jridu jkunu impjegati bħala child carers jew Centre Managers f’ċentri ta’ childcare liċenzjati mid-Direttorat għall-Kwalità u l-Istandards fl-Edukazzjoni (DQSE), u jridu jkunu ċċertifikati kif meħtieġ mid-DQSE biex jokkupaw dawn il-karigi.

 

Iridu wkoll jissodisfaw wieħed mill-kriterji li ġejjin:

 

  • Ikunu ċittadini Maltin li għandhom School Leaving Certificate jew ċertifikat tal-Malti fil-Livell Ordinarju; jew

  • Ikunu ċittadini Maltin b’kwalifika fiċ-childcare fil-Livell 4 jew Livell 5 tal-MQF, iżda li ma għandhomx School Leaving Certificate jew ċertifikat tal-Malti fil-Livell Ordinarju. F’dawn il-każijiet, iċ-ċentru ta’ childcare għandu jidentifika lil dawn il-persuni u jiddikjara li huma fluwenti fil-Malti; jew

  • Ikunu persuni li għandhom ċertifikat fil-Malti ekwivalenti għal, jew ogħla minn, Livell 2 tal-MQF.

Kif tapplika​

L-applikazzjonijiet għal dan il-benefiċċju f’isem il-child carers u s-Centre Managers għandhom jiġu sottomessi miċ-ċentri taċ-childcare.

  1. Sib u niżżel il-Maltese Language Allowance For Childcare Employees Claim Forms mis-sit elettroniku ta’ Jobsplus hawnhekk.

  2. Agħżel il-formola li tapplika għaċ-ċentru tiegħek:

  • Uża l-Carer Form jekk se tissottometti talba għal persuna waħda, jew jekk in-numru ta’ carers ikun żgħir;

  • Uża s-Centre Form jekk se tissottometti talba għal diversi carers.

  1. Imla l-formola bid-dettalji kollha meħtieġa.

  2. Iċċekkja li l-informazzjoni hija korretta u ffirma l-formola.

  3. Ibgħat il-formola mimlija lil carerallowance.jobsplus@gov.mt.

     

Il-formoli jridu jaslu għand Jobsplus sad-dati ta’ skadenza indikati aktar ’l isfel.

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika