Ħarsa ġenerali
Il-Kard ta’ Aċċess tal-GISAP tagħti lill-individwi aċċess għall-Gozo Indoor Sports and Aquatic Pavilion (GISAP) u hija meħtieġa għall-individwi li jużaw il-faċilitajiet tal-GISAP. Il-Kard ta’ Aċċess tista’ tinxtara online mis-sit elettroniku tal-GISAP. Il-Kard ta’ Aċċess tiswa €10 u hija valida għal sena.
Id-detenturi tal-Kard Ewropea tad-Diżabilità (EDC) jistgħu jibbenefikaw minn Kard ta’ Aċċess mingħajr ħlas. Id-detenturi tal-EDC jistgħu jibagħtu kopja skennjata tal-EDC tagħhom lil gisap.mfg@gov.mt sabiex jirċievu l-Kard ta’ Aċċess tal-GISAP mingħajr ħlas.
X’ser tingħata
Wara li jsir il-ħlas b’suċċess, l-applikant jirċievi Kard ta’ Aċċess virtwali tal-GISAP permezz tal-email f’format PDF. Tista’ taċċessa l-Kard ta’ Aċċess minn gos-sit elettroniku tal-GISAP ukoll.
Il-karta tal-aċċess għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
L-ID tal-Kard ta’ Aċċess;
Kodiċi QR;
Data tal-bidu u data tat-tmiem;
Isem u kunjom id-detentur tal-kard;
Ritratt tad-detentur tal-kard, fejn applikabbli.
Il-kodiċi QR tal-Kard ta’ Aċċess għandu jintuża meta jiġi rreġistrat d-dħul u l-ħruġ mill-GISAP.
Eliġibbiltà
L-applikanti jkunu meħtieġa jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:
Isem u kunjom;
Numru tal-Karta tal-Identità jew tal-passaport;
Numru tal-mowbajl;
Età;
Numru tal-mowbajl tal-eqreb qarib;
Ritratt daqs ta’ passaport għal persuni ta’ 16-il sena jew aktar;
Mhuwiex meħtieġ ritratt għal minorenni taħt is-16-il sena.
Id-detenturi tal-EDC li japplikaw għal Kard ta’ Aċċess mingħajr ħlas għandhom jibagħtu kopja skennjata tal-EDC tagħhom lil gisap.mfg@gov.mt.
Kif tapplika
Istruzzjonijiet:
Żur is-sit elettroniku tal-GISAP u idħol permezz tal-e-ID jew ta’ kont soċjali.
Mur fuq Access Card u agħżel Get Access Card.
Iċċekkja d-dettalji personali u ta’ kuntatt u imla l-informazzjoni meħtieġa għall-Kard ta’ Aċċess.
Importanti li tagħti d-dettalji korretti ta’ min ser tkun il-Kard ta’ Aċċess.
Żid il-Kard ta’ Aċċess mal-basket tax-xiri u kompli għall-checkout.
Tella’ ritratt daqs ta’ passaport, fejn meħtieġ.
Kompli bil-ħlas online.
Wara li jsir il-ħlas b’suċċess, il-Kard ta’ Aċċess tal-GISAP tintbagħat permezz tal-email.
Detenturi tal-EDC: Ibgħat kopja skennjata tal-EDC lil gisap.mfg@gov.mt sabiex tirċievi l-Kard ta’ Aċċess tal-GISAP mingħajr ħlas.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta' Applikazzjoni
Approvazzjoni ta' Applikazzjoni
Ġurnata