Dikjarazzjoni dwar Kura u Kustodja (de facto) tal-Wild/Ulied Minuri (DSS)

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 22 Settembru 2026

Ħarsa ġenerali

Ġenitur waħdu jew separat li għandu l-kura u kustodja ta’ wild/ulied minuri taħt tmintax-il (18) sena u li jikkwalifika għal Assistenza; Allowance jew Pensjoni Mhux Kontributorja, għandu jimla formola ta’ dikjarazzjoni biex jikkonferma liema ġenitur għandu l-kura u kustodja (de facto) ta' kwalunkwe minuri, f'każ li kuntratt ta’ separazzjoni ma jkunx disponibbli. Il-kustodju (de facto) għandu jiddikjara jekk jirċeviex xi manteniment għall-wild/ulied minuri.

X’ser​ tingħata

L-intitolament għal Assistenza, Allowance jew Pensjoni mhux kontributorja għandu jingħata lill-ġenitur fdat bil-kura u l-kustodja tal-wild/ulied.

Eliġibbiltà​​

Ġenitur waħdu jew separat li jkollu wild/ulied jgħixu fl-istess dar

Kif tapplika​

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Ikklikkja hawn biex tniżżel id-Dikjarazzjoni mandatorja tal-Kura u Kustodja ffirmata miż-żewġ ġenituri, kif mitluba fl-applikazzjoni.
  • Kopji tal-Karti tal-Identità taż-żewġ Ġenituri (minn quddiem u minn wara) biex jikkonfermaw il-firem li ma ġewx iffirmati f’wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov.

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

8 ijiem

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

5 ijiem

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

5 ijiem

Issottometti l-applikazzjoni tiegħek

Applika