Reġistrazzjoni għal Warrant ta’ Psikologu jew bħala Superviżur f’Malta

Aġġornat l-Aħħar: Il-Ħamis 09 Lulju 2026

Ħarsa ġenerali

Il-Bord dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija ta’ Malta huwa marbut bil-liġi li josserva l-kriterji stabbiliti fl-Att dwar il-Psikoloġija ta’ Malta (Kap. 471.) biex jiġi ddeterminat jekk applikant prospettiv huwiex eliġibbli għal warrant biex jipprattika l-psikoloġija u jikseb it-titolu ta’ Psikologu Reġistrat.

Psikologu b'warrant jista' wkoll jirreġistra biex isir Superviżur approvat mill-Bord.

X’ser​ tingħata

It-titlu ta’ ‘psikologu’ huwa protett taħt il-liġi Maltija.  Huma biss dawk il-persuni li jkunu ngħataw il-warrant mill-Bord tal-Professjoni tal-Psikoloġija ta’ Malta, li jistgħu jużaw it-titlu ta’ psikologu f’Malta.

Eliġibbiltà​​

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

 

  • Sabiex jipprattika bħala psikologu, irrispettivament mill-ispeċjalizzazzjoni, wieħed jeħtieġ warrant fil-psikoloġija. Il-warrant tingħata lil applikanti li għandhom kwalifika ta’ livell 7 tal-MQF f’lawrja rikonoxxuta bħala ekwivalenti għal dik offruta mill-Università ta’ Malta, flimkien ma’ minimu ta’ sentejn (3770 siegħa) ta’ prattika taħt superviżjoni wara t-tlestija tal-Masters.

     

  • Il-Bord jirrikjedi li mill-inqas nofs is-sigħat ta’ superviżjoni meħtieġa jiġu minn psikologu bil-warrant, irreġistrat ukoll bħala superviżur, fi-qasam li fih tkun trid tingħata l-warrant. Għalhekk int mitlub tfittex superviżjoni minn psikologu bil-warrant, li jkun bħala s-superviżur fil-qasam ewlieni tiegħek.

     

  • Il-kopji tad-dokumenti oriġinali sottomessi mal-applikazzjoni għandhom ikunu datati u ffirmati minn professjonist legali fejn jiġi indikat li d-dokumenti huma kopji vera tad-dokumenti oriġinali.

     

  • Kwalunkwe dokumentazzjoni barranija sottomessa, teħtieġ li tiġi tradotta minn traduttur akkreditat.

Kif tapplika​

Biex tapplika online għall-Warrant ta’ Psikologu/a ikklikkja hawn. Għal kull sottomessjoni jintalab ħlas mandatorju ta’ tletin ewro (€30).

 

Biex tirreġistra u tapplika għal Superviżur reġistrat mal-Bord, jekk jogħġbok ikklikkja hawn (verżjoni bl-ingliż biss) biex tniżżel l-applikazzjoni,  timlieha u tibgħatha fuq l-email mppb.family@gov.mt

Kronoloġija

Applikazzjoni Sottomessa

Applikazzjoni qed tiġi proċessata

115 -il jum

Applikazzjoni approvata jew rifjutata

5 ijiem

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika