Applikazzjoni għal Ċertifikat ta’ Koabitazzjoni.

Aġġornat l-Aħħar: L-Erbgħa 17 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Koppja tista’ tidħol f’att pubbliku fejn il-partijiet jiddikjaraw lilhom infushom bħala li jinsabu fi stat ta’ koabitazzjoni. L-att pubbliku jrid jiġi ffirmat quddiem Nutar Pubbliku u rreġistrat fit-Taqsima tar-Riċerki tar-Reġistru Pubbliku. Iċ-Ċertifikat ta’ Koabitazzjoni jista’ jiġi ordnat online jew jinġabar mir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta jew ir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex.

X’ser​ tingħata

Ċertifikat ta’ Koabitazzjoni.

Eliġibbiltà​​

Il-Pubbliku Ġenerali. 

Kif tapplika​

Ċertifikat ta’ Koabitazzjoni jista’ jiġi ordnat online jew jinġabar mill-Uffiċċji tar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta jew mir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex.  Ċertifikat ta’ Koabitazzjoni jiswa €9.95 jekk jiġi ordnat online jew €10.25 jekk jinġabar personalment mir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta jew mir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex. 

Kronoloġija

Sottomissjoni ta' Applikazzjoni

Valutazzjoni tal-Applikazzjoni

10 ijiem

Approvazzjoni tal-Applikazzjoni

9 ijiem

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika