Ħarsa ġenerali
Din hija skema li jistgħu jibbenefikaw minnha residenti Maltin li huma assigurati f’Malta għal skop ta’ Sigurtà Soċjali, fejn applikanti jkunu jistgħu iħallsu kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali li jkunu neqsin mir-rekord kontributorja tas-Sigurta’ Soċjali tagħhom. L-għan ta’ din l-iskema hu li jippermetti lill-applikanti, jew, li jikkwalifikaw għall-penzjoni kontributorja, jew inkella biex itejbu ir-rata kurrenti jew prospettiva tal-penzjoni tagħhom.
X’ser tingħata
Taħt din l-iskema, applikanti eliġibbli se jkunu jistgħu jħallsu l-ammont massimu ta’ mitejn u sittin (260) kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali, ekwivalenti għall-perjodu massimu ta’ ħames (5) snin assigurazzjoni, liema kontribuzzjonijiet neqsin ma jkunux neċessarjament fl-aħħar ħames (5) snin ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni. Mhux permess li jitħallsu kontribuzzjonijiet arretrati għall-perjodu/i fejn l-applikanti ma jkunux residenti ordinarji f’Malta.
Ir-rata applikabbli ta’ ħlas ta’ kontribuzzjonijiet arretrati hija r-rata standard tat-Tieni Klassi Rata SA, hekk kif tkun fis-sena li fiha jsir il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet arretrati.
Barra milli joħroġ kont ta’ kontribuzzjonijiet arretrati, id-dipartiment joħroġ ukoll stima approssimattiva ta’ kemm tkun ir-rata prospettiva tal-penzjoni sew; jekk jitħallsu l-arretrati u sew jekk le. L-applikanti jiġu infurmati ukoll jekk it-talba tagħhom tkun miċħuda, jew inkella jekk il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet arretrati ma jagħmel l-ebda differenza fir-rata prospettiva tal-penzjoni tagħhom.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- L-applikanti għandhom ikunu normalment residenti f’Malta u reġistrati taħt l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).
- L-applikanti għandhom ikunu bl-eta’ ta’ bejn id-disgħa u ħamsin (59) u l-erbgħa u sittin (64) sena, imma għadhom m’għalqux il-ħamsa u sitin (65) sena.
- L-applikanti iridu jkunu attwalment benefiċjarji tal-Allowance għal Carer jew Allowance Miżjuda għal Carer.
Kif tapplika
Kronoloġija
Reġistrazzjoni tal-Applikazzjoni
Ġurnata
Ipproċessar tal-Applikazzjoni
19 - il jum
Ipproċessata - Ittra tan-Notifika Maħruġa
Ġurnata