Ħarsa ġenerali
L-għan tas-servizz Għajnuna fid-Dar huwa li jagħti sapport lill-benefiċjarji sabiex ikomplu jgħixu ħajja kemm jista’ jkun indipendenti fil-komunità tagħhom. Is-servizz jara wkoll li jipprovdi appoġġ lill-persuni oħra li jkunu qed joffru kura jew assistenza b’mod informali.
X’ser tingħata
Is-servizz tal-Għajnuna fid-Dar joffri assistenza lill-anzjani u lill-persuni b’diżabilita sabiex jagħmlu x-xogħol domestiku ta’ kuljum u xiri. Ladarba l-applikazzjoni tiġi approvata, superviżur mill-Home Help jagħmel kuntatt mal-applikanti biex jirranġa żjara fid-dar. Matul din iż-żjara, is-superviżur jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar dan is-servizz.
Eliġibbiltà
Applikazzjonijiet validi jiġu kkunsidrati mill-Kumitat tal-Għajnuna fid-Dar fi ħdan l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AAKK). Jekk approvati, numru ta’ sigħat ta’ servizz fil-ġimgħa jiġu allokati. Kull applikant huwa suġġett għall-assessjar minn professjonisti tal-kura tas-saħħa sabiex ikun żgurat li s-servizz jingħata skont il-bżonn.
Anzjani li jgħixu waħedhom jew flimkien ma' anzjani oħra li għandhom il fuq minn 65 sena; jew
Persuni taħt is-65 sena u li għandha il-Karta tal-Identità Speċjali valida maħruġa mill-Aġenzija Sapport; jew
Persuni li qed isofru minn mard serju
Kif tapplika
Dokumentazzjoni ġenerali:
Applikazzjoni mimlija kollha mill-applikant inkluż ir-Rapport Mediku. Ikklikkja hawn biex tniżżel ir-Rapport Mediku.
Rapport mediku ieħor għal kull persuna bejn il-65-74 sena li tgħix fl-istess dar
Persuni b’diżabilita’ taħt is-65 sena għandhom jehmżu kopja tal-Karta tal-Identità Speċjali maħruġa mill-Aġenzija Sapport
Fejn applikabbli, kopja riċenti ta’ discharge case summary tal-isptar
L-AAKK jirriserva d-dritt li jitlob dokumentazzjoni addizzjonali skont il-bżonn.
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.
Dan is-servizz hu bi ħlas ta’ kontribuzzjoni fissa fil-ġimgħa:
Kontribuzzjoni fissa ta’ €2.33 fil-ġimgħa li tkun imnaqqsa mill-pensjoni tal-benefiċjarju għal dar b’benefiċjarju wieħed
Kontribuzzjoni fissa ta’ €3.49 fil-ġimgħa li tkun imnaqqsa mill-pensjoni ta’ benefiċjarju wieħed għal dar fejn hemm aktar minn benefiċjarju wieħed
Il-benefiċjarji li m’għandhomx pensjoni jistgħu jħallsu l-kontribuzzjoni direttament lill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AAKK)
Skema ta’ Għajnuna fid-Dar Tal-Għażla Tiegħek issussidjata :
Klijenti li huma eliġibbli għas-servizz jistgħu jagħżlu li jqabbdu Helper tal-għażla tagħhom u jingħataw sussidju ta’ €10.00 għal kull siegħa approvata mill-Kumitat tal-Għajnuna fid-Dar. Is-sussidju jintbagħat kull tlettax-il (13) ġimgħa fil-kont bankarju tal-benefiċjarju.
Jekk jogħġbok, agħfas hawn għal-linji gwida għal deskrizzjoni aktar dettaljata dwar x’jikkonsisti s-servizz Għajnuna fid-Dar.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta' Applikazzjoni
Ipproċessar tal-Applikazzjoni
3 xhur
Provvista tas-Servizz
Ġurnata