Nippremjaw il-bżulija tal-ħaddiema – Financial Compensation Payment (FCP)

Aġġornat l-Aħħar: L-Erbgħa 07 Ottubru 2026

Ħarsa ġenerali

Il-benefiċjarji ta’ dan il-ħlas ta’kKumpens finanzjarju huma ċittadini li kellhom okkupazzjoni bi qligħ matul l-2024 u li d-dħul tagħhom ma qabiżx is-€60,000. L-ammont tal-ħlas ta’ kumpens ivarja skont id-dħul riċevut matul l-2024.

X’ser​ tingħata

Persuni eliġibbli jistgħu jibbenefikaw minn ħlas annwali ta’ darba, skont id-dħul u l-istatus tat-taxxa tagħhom.
 

Komputazzjoni Persuna Waħidha

Amount

€0 - €15,000

€125

€15,001 - 30,000

€95

€30,001 - €59,999

€60

 

Komputazzjoni Miżżewġin

Amount

€0 - €20,000

€140

€20,001 - €40,000

€110

€40,001 - €59,999

€65

 

Komputazzjoni Ġenitur

Amount

€0 - €15,000

€135

€15,001 - €30,000

€105

€30,001 - €59,999

€60​

Eliġibbiltà​​

l-ħlas jinħareġ awtomatikament lil ċittadini li ħadmu matul l-2024, li għadhom residenti f’Malta u li għandhom kont tat-taxxa attiv. Jekk il-benefiċjarju kellu l-obbligu li jissottometti l-Formola tat-Taxxa għas-Sena ta’ Stima 2025, din kellha tiġi sottomessa kif dovut u fil-ħin, u tkun ġiet ipproċessata mill-MTCA.
 
Dokumenti meħtieġa:
Ikkuntattja lil Servizz.gov fuq 153 jew ibgħat email lil servizz@gov.mt, u daħħal id-dettalji tal-IBAN u tal-kuntatt tiegħek fuq mytax.mtca.gov.mt

Kif tapplika​

Jekk inti eliġibbli iżda ma rċevejtx il-ħlas wara li dan ikun inħareġ, ikkuntattja lil Servizz.gov fuq 153 jew ibgħat email lil servizz@gov.mt