Applikazzjonijiet għall-Parteċipazzjoni- Work Trial Scheme for Youths 2026 (Skema ta’ Prova tax-Xogħol għaż-Żgħażagħ 2026)

Aġġornat l-Aħħar: Il-Ġimgħa 09 Ottubru 2026

Ħarsa ġenerali

Din l-iskema għandha l-għan li tintroduċi żgħażagħ u studenti fid-dinja tax-xogħol, tgħinhom jagħmlu għażliet ta’ karrieri aktar infurmati billi tippermettilhom jiksbu esperjenza siewja ta’ xogħol fis-sajf ma’ entitajiet privati u organizzazzjonijiet mhux governattivi (VOs) ibbażati f’ Għawdex.

X’ser​ tingħata

Il-parteċipanti eliġibbli se jaħdmu għal perjodu li ma jaqbiżx l-20 siegħa fil-ġimgħa fuq perjodu ta’ 5 ġimgħat. Il-parteċipanti se jirċievu għotja ta’ €120 fil-ġimgħa, sa massimu totali ta’ €600. Jekk parteċipant jaħdem inqas mit-total ta’ 100 siegħa, il-ħlas jiġi kkalkulat fuq bażi prorata.

Eliġibbiltà​​

Żgħażagħ/Studenti:

 

• Dawk li qed ifittxu x-xogħol li għandhom bejn is-16 u l-20 sena (iridu jagħlqu s-16-il sena u ma jaqbżux l-20 sena sal-31 ta’ Lulju 2026).
• Studenti full-time ta’ bejn is-16 u l-25 sena li jattendu istituzzjoni edukattiva sekondarja jew terzjarja.
• Tfal ta’ 15-il sena li se jagħlqu 16-il sena sal-31 ta’ Diċembru 2026 u jkunu lestew il-Form 5/Year 11 (teħtieġ School Leaving Certificate).
• L-applikanti jrid ikollhom karta tal-Identita’ valida u indirizz ibbażat f’ Għawdex.
• Ma jridx ikun qed jibbenefika minn internship jew skema oħra mħallsa/mhux imħallsa matul is-Sajf 2026 u ma jistax jiġi impjegat band’ oħra matul l-iskema.
 

Min iħaddem:

• Iridu jkunu kumpaniji privati attivi jew organizzazzjonijiet Volontarji (b’numru VO validu) ibbażati b’ mod permanenti jew li għandhom fergħat f ’Għawdex.
• Irid ikun reġistrat mal-Jobsplus u jipprovdi espożizzjoni għax-xogħol f ’Għawdex.
• M’ għandhomx ikunu membri diretti tal-familja tal-parteċipant.
• Korpi ffinanzjati minn fondi pubbliċi (Ministeri, awtoritajiet, Kunsilli Lokali, eċċ.) mhumiex eliġibbli.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħat.

 

Dan is-servizz jista’ jiġi aċċessat ukoll permezz tal-mobile app myGozo li tista’ titniżżel mill-Play Store jew l-App Store.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta' Applikazzjoni

Iċċekkjar ta' Applikazzjoni

22 jum

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

5 ijiem

Provvista tas-Servizz

2 ijiem

Issottometti l-applikazzjoni tiegħek

Applika