Ħarsa ġenerali
L-għan tal-programm huwa li jgħin barranin jintegraw aħjar fis-soċjetà Maltija. Korsijiet jinkludu:
- Ingliż MQF livell 1
- Malti MQF Livell 1
- Kultura MQF Livell 1
X’ser tingħata
L-istudenti jiggwadanjaw għarfien bażiku tal-Ingliż u l-Malti, u jiġu introdotti għall-ħajja u s-servizzi f’Malta.
Eliġibbiltà
Barranin li għandhom 18-il sena jew iżjed
Kif tapplika
- Agħfas ‘Applika’ hawn taħt.
- Uffiċċju tad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem f’dan l-indirizz:
Human Rights Directorate, A3 Tower, Level 0, Triq L Arkata, Paola - Ċentri reġjonali tas-Servizz.gov
Dokumenti meħtieġa
- Permess ta’ residenza valida maħruġa minn awtorità Maltija
Kwalunkwe ċertifikati relevanti fil-lingwa Maltija jew/u Ingliża MQF Livell 1 jew aktar, f’każ li jkun hemm
Nixtiequ ninfurmawkom li minn nhar il-Ħamis 27 ta' Novembru 2025 mill-10:00am is-servizz ser ikun taħt manutenzjoni.
Niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent.