Ħarsa ġenerali
Is-Servizz ta’ Fiżjoterapista huwa mmirat li jgħin lil anzjan jilħaq l-potenzjal massimu tiegħu sabiex ikun jista’ jgawdi ħajja aktar indipendenti mill-aħjar li jista’. Il-fiżjoterapista li jifforma parti mit-team tal-Allied Health Professionals, jipprovdi parir/taħriġ dwar terapija u rijabilitazzjoni biex jittratta problemi dwar l-mobilità.
X’ser tingħata
Valutazzjoni dettaljata dwar mobilità.
Terapija manwali u programmi ta’ eżerċizzji.
Parir/taħriġ fuq kif tuża l-apparat ta’ mobilità b’mod korrett meta ndikat.
Parir/taħriġ għal min ikun qed jieħu ħsieb anzjani fejn ikun hemm bżonn.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Anzjani `l fuq minn 60 sena u li ma jistgħux joħorġu minn djarhom
- Anzjani residenti fid-Djar Residenzjali tal-Gvern jew li jiffurmaw parti mill-iskema tal-Public Private Partnership
Kif tapplika
Dokumentazzjoni ġenerali:
(Fiżjoterapija domiċilju)
- Rapport Mediku li għandu jkun iffirmat mit-tabib tal-familja. Ikklikkja hawn biex tniżżel ir-Rapport Mediku;
- Lista ta’ Mediċini Preskritti li l-anzjan qed jieħu (jekk applikabbli);
- Jekk l-anzjan ikun qed jirċievi xi servizz ieħor (e.g. infermiera fid-dar), Nota ta’ Informazzjoni minn dawn in-nies hija meħtieġa.
(Fiżjoterapija f’Dar Residenzjali)
- Formola ta’ Riferiment li trid tiġi mimlija minn infermier jew minn persuna kkwalifikata li taħdem fid-Dar Residenzjali
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.
Is-servizz huwa bla ħlas.
Għal aktar informazzjoni dwar il-Kiri ta' sodod b'għoli varjabbli motorizzati jekk jogħġbok ikklikkja hawn.
Suġġerimenti, Rakkomandzzjonijiet u Ilmenti
F’każ ta’ suġġerimenti jew ilment ikklikkja hawn.
Kronoloġija
Sottomessjoni ta' Applikazzjoni
Ipproċessar ta' Applikazzjoni
9 ijiem
Provvista tas-Servizz
7 ijiem