Applikazzjoni - Monitoraġġ (DSS)

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 16 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

L-enfasi ta’ dan is-servizz hu li jgħatti viżabilità kemm lill-benefiċjarji, kif ukoll l-applikanti, dwar f’hiex waslu l-applikazzjonijiet jew benefiċċji applikati għalihom, ta’ dawn l-aħħar tnax-il (12) xahar. Dan jinkludi ukoll dettalji dwar benefiċċji li huma kurrenti u attivi, kif ukoll dawk li għadhom pendenti u li qed jistennew assessjar u awtorizzazzjoni mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

X’ser​ tingħata

Lista bid-dettalji ta’ kull applikazzjoni jew talba għar-reviżjoni mitluba minnek, f’dawn l-aħħar tnax-il (12) xahar. Minn din il-lista, inti tista’ tiċċekkja jekk it-talba tiegħek tkunx ġiet ipproċessata, kif ukoll ir-riżultat relevanti.

 

Esklużjonijiet:

 

  • Pensjoni tal-Irtirar: Evalwazzjoni Tentattiva.

  • Benefiċċju tal-Mard: Talbiet taċ-Ċertifikat Mediku Blu, peress li dan huwa pprovdut minn servizz online ieħor.

 

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali daħal ukoll biex jgħati viżabilità ta’ fhiex waslu l-applikazzjonijiet li tagħhom jista’ jsir monitoraġġ mill-Portal taċ-Ċittadin, jekk it-talba tiegħek tkun sottomessa b’awtententikazzjoni bil-e-ID tiegħek. Dawn jinkludu:

 

  • Appell kontra deċiżjoni tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

  • Irraporta mewt ta’ benefiċjarju tas-Sigurtà Soċjali.

  • Għajnuna Soċjali – Medika

Eliġibbiltà​​

  • Kont attiv tal-e-ID maħruġ mill-aġenzija tal-gvern Malti Identità.

Kif tapplika​

L-utent irid jawtentika sabiex jaċċessa s-servizz ta’ Applikazzjoni - Monitoraġġ.

 

Jekk waqt li tkun qed tuża dan is-servizz tiltaqa' ma' xi kwistjoni jew teħtieġ assistenza:

 

  • Żur il-paġna tagħna Ikkuntattjana, agħżel ‘Applikazzjoni - Monitoraġġ’ mil-lista li tinżel taħt il-grupp mySocialSecurity, u pprovdi d-dettalji tal-mistoqsija tiegħek, jew

  • Ibbukkja sejħa bil-Microsoft Teams ma’ membru mit-tim tal-Unità għall-Immaniġjar tal-Informazzjoni.

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika