Ħarsa ġenerali
This service is designed for Social Security beneficiaries who want to view and track their payments details. It provides a detailed and comprehensive view of all Social Security Payments received over the past five (5) years. Whether you receive payments by Cheque, Direct Credit or Energy Benefit Credit, this service allows you to easily access your payments history.
X’ser tingħata
- Tara l-Pagamenti: Aċċessa lista dettaljata tal-Pagament tas-Sigurtà Soċjali tiegħek magħmula b'Ċekk, Kreditu Dirett, u Kreditu ta' Benefiċċju tal-Enerġija tal-aħħar ħames (5) snin.
- Dettalji tal-Pagament: Agħżel kwalunkwe pagament mil-lista biex tara dettalji addizzjonali, li jinkludi:
o Informazzjoni dwar l-Intitolament: Ifhem il-bażi tal-ħlas tiegħek.
o Dettalji tal-Kont Bankarju: Ara l-informazzjoni tal-kont bankarju assoċjat mal-pagamenti tal-Kreditu Dirett.
o Dettalji ta' l-Indirizz: Ara d-dettalji ta' l-indirizz marbuta ma' Pagamenti ta' Ċekk.
(Nota: Kreditu għall-Benefiċċju tal-Enerġija ma jinkludix dettalji tal-indirizz).
Eliġibbiltà
- Kont attiv tal-e-ID maħruġ mill-aġenzija Maltija Identità.
Kif tapplika
Biex taċċessa l-lista tal-Pagamenti tas-Sigurtà Soċjali, trid tawtentika lilek innifsek billi tuża l-kont tal-e-ID tiegħek.
Jekk waqt li tkun qed tuża dan is-servizz tiltaqa' ma' xi kwistjoni jew teħtieġ assistenza:
- Żur il-paġna tagħna Ikkuntattjana, agħżel ‘Pagamenti tas-Sigurtà Soċjali’ mil-lista li tinżel taħt il-grupp mySocialSecurity, u pprovdi d-dettalji tal-mistoqsija tiegħek, jew
- Ibbukkja sejħa bil-Microsoft Teams ma’ membru mit-tim tal-Unità għall-Immaniġjar tal-Informazzjoni.