Ħarsa ġenerali​

Il-warrant jipprovdi lill-applikant b'liċenzja biex jipprattika l-professjoni ta' inġinier f'Malta.

X’se tingħata

Warrant ta' inġinier.

Eliġibbiltà​​

L-Att dwar l-Inġinerija jiddefinixxi l-eliġibbiltà għal warrant kif ukoll id-dmirijiet u l-obbligi li jirrigwardaw lil min ikollu l-warrant. Ikun hemm bżonn li l-applikanti jkollhom 240 ECTS Engineering Degree f'Livell 6 tal-MQF, segwita minn tal-anqas 3 snin esperjenza. B'danakollu, esperjenza relevanti ta' xogħol matul il-grad tista' tiġi kkunsidrata mill-Bord tal-Inġinerija li tikkontribwixxi sa sena esperjenza ta' xogħol.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika