servizz.gov hija l-aġenzija tal-Gvern li tiġbor is-servizzi governattivi kollha fi ħdanha. Hija l-katina li torbot is-Servizz Pubbliku ta’ Malta maċ-ċittadin, bil-għan li s-servizzi governattivi jkunu iktar aċċessibbli.
Permezz ta’ servizz.gov iċ-ċittadin jiffranka l-ħin u l-iskariġġ li jmur f’postijiet ċentrali bħall-Belt Valletta biex jinqeda.
L-ewwel ċentri reġjonali twaqqfu f’Raħal Ġdid, Birkirkara u l-Qawra. Warajhom segwew tal-Birgu u ta’ Ħal Qormi. Fl-2019 infetħu tliet ċentri oħra, din id-darba marbutin ma’ qasam partikolari; iċ-ċentru tal-edukazzjoni nfetaħ f’Belt is-Sebħ, dak tal-familja nfetaħ fil-Furjana (l-eks binja tal-ADT) filwaqt li dak tat-taxxa nfetaħ fil-Furjana.
Fl-2020, servizz.gov trippla, u llum qed imexxi 23 ċentru madwar Malta.
X’joffri servizz.gov?
• Talba għal informazzjoni dwar servizz governattiv
• Talba għal applikazzjoni jew servizz
• Talba għal appuntament ma’ espert ta’ servizz.gov
• Sottomissjoni ta’ lmenti
• Għoti ta’ suġġerimenti dwar servizzi tal-Gvern
Min jista’ juża servizz.gov?
Kulħadd jista’ juża servizz.gov. servizz.gov huwa utli għal kull min għandu bżonn assistenza; kemm permezz ta’ komunikazzjoni wiċċ imb wiċċ, fuq it-telefon, l-Internet jew permezz ta’ maltapps.