Avviż​

 Content Editor

Cookie Policy

Servizz.gov kommess li jkun trasparenti u jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa dwar l-użu tal-cookies meta żżur din il-website. Permezz ta’ din il-website, ma tinġabarx informazzjoni personali fuqek bħala utent, sakemm inti ma tipprovdihiex b’mod volontarju waqt il-mili tal-formoli online.


X’inhi cookie?

Cookie hija dejta li l-website jitlob lill-browser tiegħek iżomm bħala ħoloq ta’ informazzjoni fil-hard disk tal-kompjuter tiegħek. Kull cookie għandha data ta’ skadenza li tiddetermina kemm din id-dejta ddum fuq il-browser. Ġeneralment il-cookies jitneħħew b’mod awtomatiku wara li jiġi fi tmiemu l-perjodu ta’ skadenza jew inkella jitneħħew b’mod manwali mill-utent.


Liema tip ta’ cookies tuża din il-website?

Din il-website tagħmel użu minn żewġ tipi differenti ta’ cookies:

Session cookies: Dawn huma cookies temporanji li jagħtuk aċċess għall-kontenut ta’ din il-website. Dawn it-tip ta’ cookies jiskadu u jitħassru hekk kif tagħlaq il-browser.

Limited third party cookies: Dawn il-cookies huma stabbiliti minn entitajiet oħra u mhux minn dan l-Uffiċċju, għalhekk jistgħu jkunu temporanji jew fit-tul. L-użu ta’ third party cookies fuq din il-website huma ristretti għal social sharing, jiġifieri jippermettu li taqsam l-artikli tagħna f’bosta networks soċjali oħra. It-third party cookies jintuzaw ukoll meta jiddaħħal kontenut fuq il-paġni ta’ din il-website minn websites oħra.


Kif nista’ nneħħi jew nitfi l-cookies?

Tista' tibdel il-preferenzi tal-cookies tiegħek fi kwalunkwe ħin billi tikklikkja fuq il-buttuna tal-cookie li tinsab fuq in-naħa t’isfel tax-xellug tal-homepage. Dan jippermettilek li terġa’ żżur il-banner tal-kunsens għall-cookies u tbiddel il-preferenzi tiegħek jew tirtira l-kunsens tiegħek minnufih.

Barra minn hekk, browsers differenti jipprovdu metodi differenti biex jimblukkaw u jħassru l-cookies użati minn websites. Tista' tibdel s-settings tal-browser tiegħek biex timblokka/tħassar il-cookies.​​​