Ħarsa ġenerali​

Is-Servizz ta’ Fiżjoterapista huwa mmirat li jgħin lil anzjan jilħaq l-potenzjal massimu tiegħu sabiex ikun jista’ jgawdi ħajja aktar indipendenti mill-aħjar li jista’. Il-fiżjoterapista li jifforma parti mit-team tal-Allied Health Professionals, jipprovdi parir/taħriġ dwar terapija u rijabilitazzjoni biex jittratta problemi dwar l-mobilità.

X’se tingħata

Valutazzjoni dettaljata dwar mobilità.

Terapija manwali u programmi ta’ eżerċizzji.

Parir/taħriġ fuq kif tuża l-apparat ta’ mobilità b’mod korrett meta ndikat.

Parir/taħriġ għal min ikun qed jieħu ħsieb anzjani fejn ikun hemm bżonn.

Eliġibbiltà​​

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

 

  • Anzjani `l fuq minn 60 sena u li ma jistgħux joħorġu minn djarhom
  • Anzjani residenti fid-Djar Residenzjali tal-Gvern jew li jiffurmaw parti mill-iskema tal-Public Private Partnership

Kif tapplika​

Dokumentazzjoni ġenerali:

(Fiżjoterapija domiċilju)

  • Rapport Mediku li għandu jkun iffirmat mit-tabib tal-familja. Ikklikkja hawn biex tniżżel ir-Rapport Mediku;
  • Lista ta’ Mediċini Preskritti li l-anzjan qed jieħu (jekk applikabbli);
  • Jekk l-anzjan ikun qed jirċievi xi servizz ieħor (e.g. infermiera fid-dar), Nota ta’ Informazzjoni minn dawn in-nies hija meħtieġa.

(Fiżjoterapija f’Dar Residenzjali)

  • Formola ta’ Riferiment li trid tiġi mimlija minn infermier jew minn persuna kkwalifikata li taħdem fid-Dar Residenzjali

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Is-servizz huwa bla ħlas.

Għal aktar informazzjoni dwar il-Kiri ta' sodod b'għoli varjabbli motorizzati jekk jogħġbok ikklikkja hawn.

Suġġerimenti, Rakkomandzzjonijiet u Ilmenti

F’każ ta’ suġġerimenti jew ilment ikklikkja hawn.

applika