L-għan ta’ dan is-servizz hu li jagħti serħan il-moħħ lill-anzjani, lill-carers u lill-qraba tagħhom meta assistenza tkun meħtieġa fid-dar tal-anzjan, b’hekk. Dan iwassal biex jinkuraġixxi lill-anzjani jibqgħu jgħixu f’darhom u fil-komunità.
Installazzjoni tas-sett tat-Telecare+ u l-pendent.
Dan is-servizz hu bi ħlas:
- Depositu ta’ €25 li jitħallas mal-installazzjoni mill-persuna li tkun għamlet l-installazzjoni, liema depożitu hu rifondibbli jekk jitwaqqaf is-servizz u s-sett jiġi ritornat; u
- €4 kera kull xahar għas-servizz pagabbli lil GO plc
- Karta r-Roża valida maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali; jew
- Kartuna s-Safra valida maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa li turi li l-applikant ibati mid-dijabete (Skeda V jew formola SLH 145)
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Anzjan/a li għandu/ha sittin (60) sena `l fuq; jew
- Persuna taħt is-sittin (60) sena u li tbati minn xi mard kroniku;
- Applikant għandu/ha jkollu/ha linja fissa mal-GO plc.
DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA
Dokumentazzjoni ġenerali:
• Applikazzjoni mimlija
• Rapport mediku (pagna 3 ta’ l-applikazzjoni) iffirmat mit-tabib tal-applikant jekk il-persuna hija taht is-60 sena
• Kopja tal-Karta r-Roża valida maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jew kopja tal-Karta s-Safra valida maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa li turi li l-applikant ibati mid-dijabete (jekk applikabbli)
• Kopja tal-Karta tal-Identità
• Imla u ssottometti wkoll il-kuntratt tat-Telecare
Kif Tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.
Suġġerimenti, Rakkomandazzjonijiet u Ilmenti
F’każ ta’ suġġerimenti jew ilment ikklikkja hawn.