Overview
Rimbors ta’ spejjeż li jkunu saru fil-proċess tal-adozzjoni ser jingħataw lil ġenturi adottivi.
What You'll Get
Ġenituri li jaddottaw minuri minn pajjiżi barranin jingħataw parti mill-ispejjeż li jkunu saru fil-proċess tal-adozzjoni sa massimu ta’ €10,000.
Eligibility
Din l-għajnuna tapplika biss għal dawk l-adozzjonijiet minn barra minn Malta konklużi mill-10 ta’ Ottubru 2017 ’l quddiem, anke jekk il-proċess ikun beda qabel. Adozzjoni tkun meqjusa bħala konkluża wara li jkun iffinalizzat il-proċess legali fil-Qrati ta’ Malta u jinħareġ id-Digriet mill-istess Qrati ta’ Malta.
Fejn applikabbli, l-għajnuna finanzjarja ser tkun tkopri:
• Spejjeż li saru sabiex individwu jew koppja ġew rikonnoxuti bħala koppja adottiva prospettiva, inkluż taħriġ u rapporti mitluba flimkien ma’ testijiet u dokumenti oħra.
• Spejjeż ta’ traduzzjoni ta’ dokumenti u legalizzazzjoni tal-istess imsemmija dokumenti, mitluba mill-pajjiż minn fejn ser issir l-adozzjoni.
• Spejjeż ta’ interpretu u spejjeż legali u tal-Qrati fil-pajjiż tal-adozzjoni.
• Spejjeż ta’ akkomodazzjoni fil-pajjiż tal-adozzjoni waqt żjara fil-pajjiż direttament relatata mal-proċess tal-adozzjoni, fuq stedina tal-Qrati jew l-awtoritajiet tal-pajjiż. Il-massimu tal-ispejjeż mgħotija jinħadmu fuq ir-rati tal-Gvern, u li japplikaw għal membri tas-settur pubbliku meta jkun xogħol barra minn Malta, li jafu jkunu emmendati minn żmien għal żmien.
• Spejjeż tal-biljetti tal-ajru għal żjara fil-pajjiż direttament relatata mal-proċess tal-adozzjoni, fuq stedina tal-Qrati jew l-awtoritajiet tal-pajjiż. Il-massimu li jista’ jingħata huwa biljett tal-ajru tat-tip economy.
• Jekk issir adozzjoni ta’ iktar min tifel/tifla wieħed f’daqqa, bħal per eżempju f’każ ta’ aħwa, għandha issir applikazzjoni waħda fl-istess ħin.
• Spejjeż oħrajn relatati direttament mal-adozzjoni, wara konsiderazzjoni mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS).
Dokumentazzjoni meħtieġa:
• L-applikanti għandhom jissottomettu rċevuti awtentikati tal-ispejjeż li jkunu għamlu skont il-kriterji kif elenkati hawn fuq f’punt Nru 3 u li għalihom qegħdin jagħmlu t-talba għar-rimbors.
• L-applikanti għandhom jimlew Dikjarazzjoni biex jawtorizzaw lill-Fondazzjoni tagħmel ir-riċerki u verifiki meħtieġa mal-Qrati ta’ Malta u Identity Malta.
• L-applikanti għandhom ukoll jipprovdu dokumentazzjoni li tipprova li jirresjedu ordinarjament fit-territorju tar-Repubblika ta’ Malta.
Application Requirements
Wieħed jista’ jċempel lil ħaddiema soċjali tas-Servizz tal-Adozzjoni fl-Aġenzija Appoġġ għal aktar għajnuna jew jagħmel appuntament sabiex jissottometti d-dokumenti meħtieġa fuq in-numru tat-telefown 2295 9000. L-applikanti jistgħu jissottomettu d-dokumenti meħtieġa kull nhar ta’ Tlieta bejn it-3 u s-6 ta’ wara nofsinhar ġewwa:
Aġenzija Appoġġ
36, Tris San Luqa
G’Mangia PTA 1318
Biex taċċessa kopja tad-dikjarazzjoni, jekk jogħġbok agħfas
hawn.
Timeline
[{"Id":"6583225a-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":1,"AddressName":"Aġenzija Sapport","AddressLine1":"Triq Patri Ġwann Azzopard","AddressLine2":null,"AddressLine3":null,"AddressCity":null,"AddressPostalCode":"SVR 1614","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2256 8000","AddressEmail":"sapport@gov.mt","Duration":null},{"Id":"4fd13950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni","StageNumber":2,"AddressName":"Aġenzija Sapport","AddressLine1":"Triq Patri Ġwann Azzopard","AddressLine2":null,"AddressLine3":null,"AddressCity":null,"AddressPostalCode":"SVR 1614","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2256 8000","AddressEmail":"sapport@gov.mt","Duration":"15 - il jum"},{"Id":"d590225a-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":3,"AddressName":"Aġenzija Sapport","AddressLine1":"Triq Patri Ġwann Azzopard","AddressLine2":null,"AddressLine3":null,"AddressCity":null,"AddressPostalCode":"SVR 1614","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2256 8000","AddressEmail":"sapport@gov.mt","Duration":"22 jum"},{"Id":"5bbf3950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":4,"AddressName":"Aġenzija Sapport","AddressLine1":"Triq Patri Ġwann Azzopard","AddressLine2":null,"AddressLine3":null,"AddressCity":null,"AddressPostalCode":"SVR 1614","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2256 8000","AddressEmail":"sapport@gov.mt","Duration":"Ġurnata"},{"Id":"7fda3950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Provvista tas-Servizz","StageNumber":5,"AddressName":"Aġenzija Sapport","AddressLine1":"Triq Patri Ġwann Azzopard","AddressLine2":null,"AddressLine3":null,"AddressCity":null,"AddressPostalCode":"SVR 1614","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2256 8000","AddressEmail":"sapport@gov.mt","Duration":"Xahrejn"}]