Ħarsa ġenerali​

Ġenituri ta’ tfal taħt is-16 -il sena li jattendu korsijiet Kulturali jew Kreattivi jistgħu japplikaw għal tnaqqis mid-dħul taxxabli sa massimu ta' € 100 għal kull tifel jew tifla. Korsijiet eliġġibbli taħt din l-iskema huma pprovduti minn entitajiet rikonoxxuti mill-Kunsill Malti għall-Arti u għandhom kodiċi SLC (in-numru tal-SLC għandu jiġi pprovdut mill-entità li tipprovdi t-taħriġ).

​X’ser​ tingħata

Tnaqqis mid-dħul taxxabli sa massimu ta’ €300 għal kull tifel u tifla, li jinħadem skont id-dħul taxxabli tal-ġenituri.

Eliġibbiltà​​

Applikabli għal tfal taħt is-16 -il sena. Entità li torganizza l-korsijiet Kreattivi u Kulturali teħtieġ li tkun approvata mill-Kunsill Malti għall-Arti u għandu jkollha numru SLC validu. Għall-għan ta’ din l-iskema il-korsijiet Kulturali u Kreattivi li jikkwalifikaw huma korsijiet fl-arti perfomattiva (teatru, żfin u mużika), arti viżiva (arti, arti diġitali, fotografija, disinn, vidjow, film, pittura u skultura), snajja (tradizzjonali u kontemporanja), midja (TV, radju u awdjoviżiv ieħor) u kitba kreattiva.

Kif tapplika​

Din l-eform għandha:

  1. Tintbagħat lill-Kunsill Malti għall-Arti permezz ta' email fuq [email protected] jew bil-posta fuq l-indirizz

    Malta Council for Culture and the Arts
    TG Complex Suite 1, Level 1
    Triq il-Birrerija, Zone 3
    Central Business District
    BIRKIRKARA [Birkirkara]
    CBD3040
    Malta



    Telefon: 23347230
     

  2. Kopja ta' dan id-dokument għandha tinżamm mill-persuna li qed tħallas l-ispejjeż jekk ikun hemm bżonn ta' prova dokumentata tal-ispejjeż imħallsa.

applika