Training for Employment: Work Exposure Scheme - Applikazzjoni għal min Iħaddem
L-iskema tal-Work Exposure hi maħsuba sabiex tipprovdi taħrig u esperjenza ta' xogħol lil persuni li mhux attivi f'impjieg, li permezz ta' hekk, l-individwi jakkwistaw għarfien, ħiliet u kompetenza meħtieġa sabiex isibu impjieg.
Il-perjodu tal-iskema Work Exposure hi ta’ 12 il-ġimgħa fejn il-parteċipant jattendi għal 20 siegħa fuq il-post tax-xogħol li jkun instab sabiex il-parteċipant jingħata t-taħriġ.