• ID login
  • My Cases
  •  

Ambjent, Enerġija, Biedja u Sajd


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Ambjent, Enerġija, Biedja u Sajd > Ambjent > Ippjanar tal-Bini

Ippjanar tal-Bini

  • Form LC1 (Lands Authority)

    L-iskop tal-Formola LC1 huwa biex jitħaffef il-proċess ta’ applikazzjoni għall-Kunsilli Reġjonali u Lokali li jitolbu
     

    A) Informazzjoni dwar Proprjetà tal-Gvern (inkluża d-disponibbiltà u l-Amministrazzjoni ta’ Proprjetà tal-Gvern)
    B) Talba għall-Amministrazzjoni ta’ Proprjetà Immobbli tal-Gvern (Divoluzzjoni)
    C) Notifika lill-Awtorità tal-Artijiet qabel is-sottomissjoni ta’ Applikazzjoni għall-Iżvilupp


    Il-Kunsilli Lokali għandhom jużaw il-Formola LC1 minflok il-Formola GOV1
     

  • FORMOLA AGRI1 Art Agrikola tal-Gvern

    Applikazzjoni biex jintalab rikonoxximent fuq Art Agrikola tal-Gvern b’titolu ta’ kiri ta’ raba’ skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 573.06.

  • Formola AGRI2 Art Agrikola tal-Gvern

    Applikazzjoni biex tinkiseb art agrikola tal-Gvern b’titolu ta’ enfitewsi temporanja għal perjodu li ma jaqbiżx il-65 sena li se tintuża għall-iskopijiet ta’ tħaffir u estrazzjoni ta’ minerali jew għal żvilupp industrijali u kummerċjali.

  • Formola AGRIRES1 Art Agrikola tal-Gvern

    Skema għar-Regolarizzazzjoni u t-Trasferiment ta’ Titolu ta’ Residenzi Ordinarji mibnija fuq Art tal-Gvern mogħtija fuq Kirja ta’ Raba’ skont l-Avviż Legali Nru 94 tal-2022.

  • Formola CON1 (Awtorità tal-Artijiet)

    L-iskop ta’ din il-formola hija biex jiġu aġġornati d-dettalji tal-kuntatt tal-persuni rikonoxxuti attwali.

  • Formola EXPRO1 (Awtorità tal-Artijiet)

    L-iskop ta’ din il-formola hija sabiex tħaffef il-proċess tal-applikazzjoni għal Entitajiet tal-Gvern li jitolbu proċess ta’ esproprjazzjoni, pussess u użu, terminazzjoni, drittijiet tas-sottoswol, servitù, rilaxxi, bejgħ lura u talbiet għal esproprjazzjoni bl-ispejjeż imġarrba minn partijiet terzi (għal sidien privati).

  • Formola FS1 (Awtorità tal-Artijiet)

    L-iskop ta’ din il-formola hija sabiex Soċjetajiet awtorizzati għandhom japplikaw sabiex jiksbu l-kunsens tal-Awtorita’ tal-Artijiet sabiex jinħaraq xogħol tan-nar fuq kwalunkwe art agrikola propjeta’ tal-Gvern u li kienet diġà qed tintuża għall-ħruq tax-xogħolijiet tan-nar għall-festa tar-raħal jew belt.  Tali kunsens jingħata qabel ma jinħareġ il-permess mill-Kummissarju tal-Pulizija u liċenzji oħra relatati b’konformita’ mal-Ordinanza tal-Esplosivi.

  • Formola GLA1 (Awtorità tal-Artijiet)

    Talba lill-Awtorità tal-Artijiet għar-rimi ta' proprjetà tal-Gvern skont l-Artikoli 31 (A) jew 31 (B) tal-Kapitolu 573 tal-Liġijiet ta' Malta.

  • Formola GLA10 (Awtorità tal-Artijiet)

    Talba għat-tiġdid tat-titlu tal-kiri kummerċjali skont it-termini tal-Artikolu 31 (g) (F) tal-Kapitolu 573 tal-Liġijiet ta' Malta.

  • Formola GLA11 (Awtorità tal-Artijiet)

    Talba għal drittijiet neċessarji għal użu adekwat tal-art f'termini tal-Artikolu 31 (g) (G) tal-Kapitolu 573 tal-Liġijiet ta' Malta.

  • 1
  • 2
  • 3
next
​​Freephone 153​
​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
servizz logo  
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2025